Televiżjoni u Radju
ARA: Ferħ u diżappunt waqt il-filming ta’ The X Factor Malta – x’qed jiġri bħalissa?

Jiem eċċitanti għall-parteċipanti fl-ewwel edizzjoni li qatt saret f’pajjiżna ta’ The X Factor Malta.  Dan hekk kif bħalissa l-programm ta’ talent show li se jixxandar minn Ottubru fuq TVM wasal fit-tieni fażi tiegħu tal-hekk imsejħa Bootcamp.

Wara aktar minn 400 applikazzjoni minn dawk li wrew interess jieħdu sehem f’The X Factor Malta, 120 parteċipant għaddew għal din il-fażi tal-programm.  F’dawn il-ġranet, l-4 membri tal-ġurija – Howard Keith, Ira Losco, Alexandra Aldin u Ray Mercieca – poġġew diversi sfidi lill-parteċipanti biex jaraw kif jidħlu għalihom u x’inhuma l-kapaċitajiet vokali tagħhom.

Fost dawn l-isfidi hemm dik magħrufa bħala ‘Wall of Songs’ li matulha l-kantanti jridu jiġru biex jagħżlu kanzunetta u jinterpretawha waqt il-provi.  Il-kantanti parteċipanti fil-Bootcamp kienu nvoluti f’sensiela ta’ workshops mal-vocal coaches biex iħejju għall-provi fuq il-palk quddiem il-ġurija.

L-isfida ssir iktar diffiċli meta l-parteċipanti jintalbu jagħtu l-interpretazzjoni tagħhom tal-istess kanzunetta li tkun intgħażlet minn kantanti oħrajn u jkantawha flimkien.

Fi tmiem il-Bootcamp se jkun hemm min se jifraħ u min se joħroġ diżappuntat minħabba li tkun spiċċat l-esperjenza tagħhom f’din il-fażi tal-programm.  Mit-tieni fażi se jgħaddu 48 parteċipant li se jkomplu jieħdu sehem fil-programm sal-finali.  Fil-fażi li jmiss, il-parteċipanti se jsiru jafu f’liema kategorija se jkunu qed jieħdu sehem u liema membru tal-ġurija se jieħu ħsieb dik il-kategorija.

Il-fażi li jmiss se tkun iċ-Chair Challenge – il-pubbliku se jkollu l-opportunità jkun preżenti fis-sala waqt din il-fażi li se tkun irrekordjata lejn nofs Ottubru.

The X Factor Malta, li huwa format internazzjonali ta’ Syco Entertainment, jibda jixxandar fuq TVM mill-Ħadd 7 ta’ Ottubru.

Tista’ tieħu idea ta’ x’qed jiġri minn wara l-kwinti tal-Bootcamp li qed isir f’dawn il-jiem permezz ta’ dan il-filmat.

Aħbarijiet Oħra
Annimali

Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Clint Camilleri ħabbar li lbieraħ daħħal abbozz fil-Parlament sabiex ikomplu jiħraxu l-multi fuq moħqrija tal-annimali. Għal darb’oħra l-Gvern ta għotjiet lill-Għaqdiet mhux Governattivi li qed jgħinu…

Lokali

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li l-ground ginger m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli għoljin ta’ Benzo(a)pyrene u ta’ Polycyclic aromatic hydrocarbons….

Lokali

F’nofs ix-xahar id-dieħel il-Gvern se jerġa’ joħroġ il-bonds għall-persuni ‘l fuq minn 62 sena. Intant, f’kummenti lil TVM, il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li l-Gvern qed jaħseb biex iżid l-ammont…

Trasport

Hekk kif il-preparamenti u l-pjanijiet għall-mina bejn Malta u Għawdex għaddejjin ġmielhom, id-dibattitu dwar it-trasport f’Malta u f’Għawdex ma jonqosx. Waqt il-programm TVAM, id-Direttur ta’ Koncept X, il-Perit Konrad Xuereb…

Aktar