Mużika
ARA: F’għeluq sninha toħroġ il-kanzunetta ġdida ‘No La Conoces’

Il-kantanta Jessika nediet kanzunetta ġdida bl-isem ta’ No La Conoces (il-frażi Spanjola għal “inti ma tafhiex”).  B’influwenza Latina u tema pożittiva, il-kanzunetta għandha stil li iktar huwa assoċjat mas-Sajf.

L-idea hija li Jessika toħroġ kanzunetta b’ħoss modern u li tista’ tiżfen miegħu, filwaqt li turi l-aspett iktar misterjuż tagħha.  Infatti, il-kanzunetta titratta dwar stranġier intriganti, tifla li għaddiet minn ħafna problemi iżda li ssaħħet minn dawn l-esperjenzi.

Jessika għażlet id-data tas-27 ta’ Frar biex toħroġ din il-kanzunetta għax huwa għeluq sninha u xtaqet li tagħti lura xi ħaġa lill-ammiraturi tagħha li tant sostnewha tul il-karriera tagħha, speċjalment meta ħadet sehem fil-Eurovision is-sena l-oħra.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

6 kantanti Maltin minn La Voix Studios kisbu unuri kbar meta ġew fl-ewwel post f’diversi kompetizzjonijiet fil-Polonja. Ilbieraħ Beppe Camenzuli Kerr, Valentina Muscat Vassallo, Giuseppe Saliba, Rihanna Caruana, Elamay Mifsud…

Partit Laburista

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Joseph Muscat qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni għandu jitlob inkjesta bil-Maġistrat fuq l-allegazzjonijiet li saru dwaru, li qed jimplikaw li hemm firem foloz tiegħu sabiex ikun…

Kronaka

Mara ta’ 59 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li tilfet il-kontroll tal-vettura tagħha. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4am fi Triq Santa Katerina, ix-Xewkija. Minn investigazzjonijiet preliminari illi saru mill-Pulizija tad-Distrett irriżulta…

Lokali

2 persuni ġew arrestati wara li ntlemħu jaġixxu b’mod suspettuż viċin karozza fil-Gżira. Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-1.55am, il-Pulizija ġiet infurmata li żewġ persuni kienu qed jaġixxu b’mod suspettuż viċin karozza…

Aktar