Annimali
ARA: F’Ħad-Dingli mhux il-qtates biss qed jimlew żaqqhom!

Wara l-kontroversja li qajmet tabella f’Ħad-Dingli, biex in-nies ma tibqax titma’ lill-qtates, TVM irċieva filmat tas-sitwazzjoni fil-post fejn twaħħlet din it-tabella.

Kollox jindika li t-tabella twaħħlet minħabba li xi residenti jinsabu urtati b’ammont kbir ta’ ġrieden u firien li hemm f’din iż-żona biswit iċ-ċimiterju.

Dawn ir-residenti jemmnu li l-ġrieden qed jinġemgħu u jitkattru f’dan il-post, għaliex qed jimlew żaqqhom bl-ikel tal-qtates. Il-qtates, li huma wkoll imxebbgħin bl-ikel, ma tantx jidher li għandhom interess li jnaffru lill-ġrieden.

Persuni oħra qalu li fl-istess post hemm tappiera tad-drenaġġ li tinsab miftuħa.

Ara wkoll:

Marru biex jitimgħu lill-qtates u sabu twissija ma’ wiċċhom…

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Melvin Theuma, l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, baqa’ f’qagħda stabbli. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li Theuma għadu fit-taqsima tal-ENT fl-isptar Mater Dei. It-Tlieta 21 ta’ Lulju 2020, Theuma nstab…

COVID-19

L-organizzaturi tal-attivitajiet li jinqabdu jiksru r-regoli tal-miżuri mħabbra mill-Awtoritajiet tas-Saħħa biex iwaqqfu l-imxija tal-Covid-19 jistgħu jeħlu multa ta’ €3,000 għal kull miżura li jiksru. Dan tħabbar illum f’avviż legali ppubblikat…

Lokali

Dr Lydia Abela, il-mara tal-Prim Ministru, ippreżentat total ta’ €8,000 f’donazzjonijiet li nġabru waqt l-ewwel edizzjoni ta’ ‘A Night at the Palace’, lill-għaqdiet li jaħdmu favur id-drittijiet tal-annimali. Waqt li…

Agrikultura

L-istaġun tal-ħsad tal-għeneb għall-għasir infetaħ mill-Ministru għall-Agrikoltura Anton Refalo, fil-preżenza tal-produtturi tal-inbid Malti. Il-Ministru qal li l-inbid Malti huwa wieħed ta’ kwalità għax l-industrija aġġornat maż-żminijiet. Id-Direttur tad-Direttorat tal-Agrikoltura Saviour…

Aktar