Barranin
ARA: Fi Spanja ssir l-ewwel purċissjoni minn wara l-pandemija

Mad-daqq tal-banda u l-ħsejjes tal-murtali, f’Seville fi Spanja, saret l-ewwel purċissjoni reliġjuża mill-pandemija ‘l hawn wara li ttaffew ir-restrizzjonijiet tal-COVID-19 għall-avvenimenti reliġjużi.

Bħall-bqija tad-dinja, fi Spanja ilha ma ssir purċissjoni jew attività minn Marzu 2020.

Eluf ta’ nies attendew bi ħġarhom għall-purċissjoni, li minkejja kienu lebsin il-maskra, setgħu jidhru li kienu emozzjonati. Bin-nies taħt il-vara, mixja bil-mod, b’passi meqjusa, il-vara terqet mat-toroq f’Seville.

Il-membri tal-Fratellanza li libsu fil-purċissjoni kellhom jagħmlu test tal-COVID-19 qabel.

L-Arċidjoċesi qalet li għalissa, sabiex isiru purċissjoni fi Spanja se tkun meħtieġa l-approvazzjoni tal-Kunsill Episkopali.