Barranin
ARA: Filmat ta’ arrest vjolenti ta’ kap ta’ grupp etniku jixxokkja l-Kanada

Filmat ta’ arrest vjolenti ta’ kap ta’ grupp etniku fil-Kanada, ixxokkja l-pajjiż u xegħel il-bozza fuq ir-razziżmu sistematiku fil-korp tal-pulizija fil-pajjiż.

Il-filmat juri pulizija mir-Royal Canadian Mounted Police, jaqbeż għal fuq Allan Adam, il-kap ta’ Athabasca Chipewyan, grupp ta’ etniku, malli dan ħareġ minn vettura u jwaqqgħu mal-art fejn kompla jtih bil-ponn.

Il-każ seħħ f’Fort McMurray, Alberta, fl-10 Marzu li għadda.

Anki fil-Kanada qed isiru numru ta’ protesti jitolbu għal riforma fid-dipartiment tal-pulizija.

Il-Kummissarju tal-Pulizija Brenda Lucki stqarret li r-razziżmu sistematiku huwa parti ta’ kull istituzzjoni inkluż Royal Canadian Mounted Police. Qalet li kemm fil-passat kif ukoll illum, il-pulizija mhux dejjem trattaw lill-gruppi etniċi b’mod ġust.

Il-Prim Ministru tal-Kanada Justin Trudeau sejjaħ investigazzjoni indipendenti.

Il-kontenut tal-filmat jista’ jdejjaq lil xi wħud.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

It-tielet lejl infila ta’ protesti fil-kapitali Lebaniża Bejrut. Ġimgħa eżatt wara l-isplużjoni katastrofika li ħalliet iktar minn mitejn mejta u sitt elef persuna midruba, u llivellat mingħajr ħniena l-infrastruttura ta’…

Barranin

Skont figuri miġbura mill-Università Johns Hopkins, l-għadd ta’ nies infettati bil-coronavirus madwar id-dinja qabeż l-għoxrin miljun f’188 pajjiż. Aktar minn seba’ mija u tletin elf ruħ mietu. Mill-każi rregistrati, ħames…

Barranin

Il-President Russu Vladimir Putin qal li pajjiżu żviluppa tilqima ġdida kontra l-Coronavirus u li skont hu ngħatat l-approvazzjoni regolatorja f’inqas minn xahrejn li bdiet tiġi ttestjata fuq in-nies umani. Putin…

COVID-19

Fi New Zealand wara mitt jum mingħajr każ ġdid, irreġistraw 4 każijiet ġodda, bis-sors tal-infezzjonijiet għadu mhux magħruf. Il-każijiet instabu f’Auckland. B’reazzjoni għal din l-aħbar il-Prim Ministru Jacinda Ardern ħabbret…

Aktar