Barranin
ARA: Filmat ta’ ġinnasta jarawh aktar minn 60 miljun darba

Il-filmat ta’ żewġ minuti li nfirrex f’ħakka ta’ għajn f’erbat’ijiem rawh iktar minn 60 miljun darba.

F’dinja fejn filmati ta’ tbatija, vjolenza u traġedji jduru iktar malajr – spikkat it-tbissima simpatika tal-ġinnasta Amerikana Katelyn Ohashi, li ġabet skor perfett għar-rutina tagħha fuq it-tapit.

L-istorja wara din il-wirja perfetta għandha tkun ta’ eżempju għal min darba jew oħra jaqta’ qalbu.

Katelyn li għandha 21 sena, ftit snin ilu kienet irtirat minn ġinnastika professjonali minħabba l-pressjoni li bdiet tħoss għall-karriera kif ukoll minħabba li kienet weġġgħet.

Ohashi tgħid li ma kienx għall-Università fejn qed tattendi, ir-ritorn tagħha ma kienx possibbli. Hija raddet ħajr għall-motivazzjoni li tawha sħabha u l-amministrazzjoni tal-Università biex setgħet tkompli bil-ġinnastika u tirritorna bħala waħda mill-aqwa atleti Amerikani.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Xeni spettakalori juru iżjed minn 12,000 fjamingu li qed isebbħu x-xmajjar ta’ Ċipru. L-abitat naturali f’din il-gżira Mediterranja jitqies bħala destinazzjoni popolari għal din l-ispeċi ta’ fjamingi minħabba l-ambjent li…

Barranin

Organizzaturi li ġabru eluf ta’ tewmin fi Sri Lanka qalu li kisru rekord wara li eluf inġabru biex jipparetċipaw fi stadium fil-kapitali Colombo. Iżda dan għadu jrid jiġi ivverifikat minħabba…

Barranin

Fiċ-Ċina, tmut ir-raba’ persuna wara li ħakimha mikrobu ġdid li qed jissejjaħ novel coronavirus, bl-awtoritajiet tas-saħħa kkonfermaw li jista’ jittieħed minn persuna għall-oħra. Ir-raġel ta’ 89 sena kien l-aħħar vittma…

Barranin

Kumitat speċjali fi ħdan is-senat Taljan qed jivvota biex jiddeċiedi dwar jekk l-eks Ministru tal-Intern Taljan, Matteo Salvini, għandux jgħaddi ġuri dwar l-attentat ta’ ħtif ta’ grupp ta’ immigranti abbord…

Aktar