Kurżitajiet
ARA: Filmat ta’ omm u bint jitgħannqu mill-bogħod jaqsam il-qlub

Dan il-filmat qasam il-qlub hekk kif tidher tifla qed tibki għal ommha li minħabba n-natura ta’ xogħolha, l-omm ma tistax la tersaq u lanqas tgħannaq lil bintha.

Omm u bint spiċċaw jitgħannqu mill-bogħod hekk kif kompliet tikber il-biża’ u t-twissijiet li qed iġib miegħu l-coronavirus fiċ-Ċina.

It-tifla qalet lil ommha li tħoss in-nuqqas tagħha hekk kif ma reġgħetx resqet lura lejn id-dar kemm ilha li faqqgħet il-marda.

L-omm taħdem bħala infermiera fi sptar fiċ-Ċina u wegħdet lil bintha li se tirritorna lura d-dar la darba jegħelbu u jirbħulu l-“mostru” li qed jaħkem lil pajjiżhom.

S’issa l-coronavirus ħasad il-ħajja ta’ 908 persuna b’aktar minn 40,000 persuna jinsabu infettati bil-virus.

Aħbarijiet Oħra
Tradizzjonijiet

Dahri kienu jkunu bilqiegħda fuq xi banketta ħa taqa’ biċċiet biswit xi zuntier għall-frisk, libsin qmis bajda qoton, sidrija miftuħa beraħ, u beritta. F’idejhom, l-għannejja kien ikollhom kitarra, u bi…

Kurżitajiet

Il-Karnival tant mistenni, aktarx l-aktar miċ-ċkejknin, jinsab magħna. Madanakollu, lil hinn mill-bluha u x-xalar li jikkaratterizzaw xi ftit jew wisq dawn il-jiem ta’ briju, ‘Sibtek’ illum jissokta b’programm ieħor mimli…

Storja

Fost l-aktar destinazzjonijiet ta’ interess li jinsabu qrib tagħna, u li huma pjuttost imfittxija mill-Maltin, Sqallija. Liema gżira, tinsab tefa’ ta’ ġebla ‘l bogħod minnha, u li tħaddan għadd ta’…

Aktar