Eurovision
Ara: Fl-2019 ‘Chameleon’ mal-ewwel għaxar videos tal-Eurovision

Għadd ta’ filmati ppubblikat fuq il-paġna ta’ YouTube tal-Eurovision Song Contest juru l-aktar ħamsin music videos li rawhom nies din is-sena.

U, ‘Chameleon’ ta’ Michela Pace, għamlitha mal-ewwel għaxra, hekk kif ġiet fid-disa’ post.

Il-filmat tal-kanzunetta ‘Chameleon’ rawh aktar minn tlettax-il miljun persuna fuq YouTube.

F’Mejju li għadda, Michela Pace fetħet is-serata finali tal-64 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest, u ġiet fis-sittax-il post.

Liema edizzjoni, intrebħet mill-Olanda, bil-kanzunetta ‘Arcade’ ta’ Duncan Laurence.

Aħbarijiet Oħra
Artiġjanat

Kull pajjiż madwar id-dinja miżgħud bis-snajja’ u t-tradizzjonijiet partikolari u distinti li wiret mingħand missirijietu. U, il-gżejjer Maltin, xejn anqas. Fost l-oġġetti ta’ preġju u li huma parti integrali mill-identità…

Barranin

Qalb id-Duomo ta’ Milan, l-isfilati tal-moda, u l-wirt kulturali ta’ preġju li jikkaratterizzaw lill-kapitali tar-reġjun tal-Lombardija, l-Italja, f’dawn l-aħħar jiem, l-artist pop Taljan AleXsandro Palombo nieda għadd ta’ posters li ddiżinja hu…

Trasport

Ir-Renault Clio 5, l-aħħar mudell maħruġ mill-kumpanija Franċiża Renault, għadha kemm ġiet iċċertifikata mill-Euro NCAP bħala l-aktar karozza sigura li hawn fis-suq. Saħansitra, anki meta mqabbla ma’ karozzi oħra li…

Barranin

Filmat li kiseb popolarità kbira fuq il-midja soċjali juri l-mument li mewġ kbir jogħla fuq id-djar fil-gżejjer Baleariċi. Maltempata kbira, imlaqqma Gloria, ħakmet partjiet varji ta’ Spanja fl-aħħar jiem, b’mod…

Aktar