Barranin
Ara: Fl-Indoneżja jiddedikaw ċimiterju għall-vittmi tal-Covid-19

Xeni ta’ qsim il-qalb huma dawn il-filmati mill-Indoneżja, b’ċimiterju f’Jakarta ddedikat esklussivament għall-vittmi tal-Coronavirus.

Bħalissa, il-pajjiż għandu rekord ta’ imwiet. Aktar minn 2,000 tilfu ħajjithom nhar it-Tlieta li għadda wara li laqqtu l-virus, u bejn ilbieraħ u llum ġew irreġistrati 1,800 imwiet bil-Covid-19.