Reliġjon
ARA: Fl-Isla jħejju għall-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira

Minn għadd ta’ knejjes ħarġu l-purċissjonijiet bil-vari tal-Ġimgħa l-Kbira. TVM żar il-Bażilika Kolleġġjata fl-Isla fejn segwa t-tħejjijiet li jsiru minn wara l-kwinti qabel ħarġet waħda mill-eqdem purċissjonijiiet li jsiru bħal-lum u li għalihom jattendu mijiet ta’ persuni.

Ma’ tmiem il-funzjoni tal-Adorazzjoni tas-Salib fil-Ġimgħa l-Kbira, il-Bażilika Kolleġġjata ddedikata lil Marija Bambina għalqet il-bibien għall-pubbliku biex jibdew l-aħħar tħejjijiet għall-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira.

Ir-reffiegħa warrbu l-bankijiet, daru mat-tmien vari u ħarġuhom wara xulxin fin-nofs tal-Knisja. Iċ-Ċermen tal-Kummissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira, Rennie Schembri, qal li din il-purċissjoni tinvolvi ħafna voluntiera u minn tal-inqas 280 persuna li jinkludu r-reffiegħa, is-suldati u personaġġi bibbliċi.

Denis Desira, li ilu jerfa’ għal dawn l-aħħar 13-il sena fil-vara tar-Rendentur stqarr li t-tlajja’ u l-inżul tar-rotta tal-purċissjoni mhumiex faċli.

Minn sigħat qabel jibda jsir l-irtokk u x-xagħar tat-tfajliet. Fost il-parteċipanti kien hemm tfal li ma qatgħux qalbhom mit-triq twila tal-purċissjoni.

Il-Kanonku Arċipriet, Robin Camilleri, qal li din hija purċissjoni bil-misteri. Aktarx li l-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira mill-Bażilika tal-Isla ħarġet għall-ewwel darba fl-1714, u kif kien jiġri f’postijiet oħra, il-purċissjoni kienet toħroġ f’Ħamis ix-Xirka.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Sirjan ta’ 25 sena sofra ġrieħi gravi wara li sofra xi ħruq ikkawżati minn fjamma li ħarġet huwa u jbiddel ċilindru tal-gass. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:20 fi Triq is-Sibbien f’Marsaskala,…

Annimali

Fis-Siġġiewi, instabu 8 żoni fejn kien qed isir l-insib illegalment. Dan qalitu l-CABS fi stqarrija u saħqet li dawn ix-xbieki li jitpoġġew taħt l-ilma kienu qed jintużaw għall-insib tal-Pispisella, iċ-Ċewċewwa…

Ambjent

Wara li lbieraħ Infrastructure Malta qalgħet siġar mejta fit-Telgħa tas-Saqqajja biex tagħmel il-wisa’ għal siġar ġodda, illum beda x-xogħol ta’ tħawwil. Dalgħodu TVM żar il-post u seta’ josserva l-kumplament tat-tneħħija…

Aktar