Barranin
ARA: Fl-Italja salvataġġ drammatiku ta’ aktar minn 300 immigrant

Fl-Italja, ġew salvati iktar minn 300 immigrant mill-gwardja tal-kosta Taljana 14-il mil ‘il barra mill-gżira ta’ Lampedusa. Fost dawk salvati . . . 14-il mara u tmint itfal.

Uħud mill-immigranti kienu fil-periklu li jegħrqu tant li ttellgħu abbord il-bastimenti tal-awtoritajiet. Din l-operazzjoni fil-fatt involviet tliet vapuri u ajruplan. Fir-reġjun ta’ Kalabrija, fl-aħħar jumejn, ġew salvati iktarr minn 200 immigrant ieħor minn fuq tliet dgħajjes separati.

Din is-sena kważi 62,000 immigrant waslu l-Italja bid-dgħajjes. Dan l-ammont hu d-doppju fuq l-istess perjodu tas-sena l-oħra.