Barranin
ARA: F’Malta jitla’ l-awrat… u fl-Awstralja?

F’Malta kulħadd kien sorpiż meta l-awrat beda tiela’ l-art. Fl-Awstralja s-sorpriżi jkunu kemmxejn ikbar… u inqas pjaċevoli!

Filmat ippubblikat fuq il-midja soċjali juri raġel f’tarf għadira mdaqqsa fin-Northern Territory. F’idejh għandu dik li tidher bħala biċċa laħam.

Ir-raġel iħabbat l-ikel mal-wiċċ tal-ilma, naturalment bit-tama li jattira annimal. Ix-xewqa tiegħu jaqtagħha, iżda ħafna iktar malajr milli ħaseb.

Kukkudrill kbir itir minn taħt l-ilma b’ħeffa kbira, tant li r-raġel, maħsud, bilkemm jilħaq jagħmel pass lura biex jevita dik li setgħet tkun gidma fatali.

Kieku l-kukkudrill kien eqreb jew ir-raġel kien inqas ħafif, il-kukkudrill probabbli kien jispiċċa jiekol iktar minn sehemu.

Il-persuna li tellgħet il-filmat fuq Instagram wissiet lill-pubbliku biex joqgħod attent minn għadajjar bħal dawn, u jgħum biss fil-postijiet indikati mill-awtoritajiet.

https://www.instagram.com/p/Bu2RoKuDRhJ/?utm_source=ig_web_copy_link

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Filmat li nxtered fuq l-internet juri lil Arnold Schwarzenegger jiġi attakkat minn persuna waqt attività fl-Afrika t’Isfel. Ilbieraħ l-attur, bodybuilder u politiku ta’ 71 sena kien qed jiltaqa’ mas-segwaċi tiegħu…

Barranin

Illum il-President Awstrijak Van der Bellen mistenni jiddiskuti elezzjoni bikrija mal-Kanċillier Awstrijak Sebastian Kurz wara li lbieraħ irriżenja tal-Viċi Kanċillier Heinz-Christian Stache b’rabta ma skandlu relatat ma korruzzjoni. Dan wara…

Annimali

Il-Pulizija stazzjonati llum f’San Vinċenz de Paul, li qed jassistu l-ewwel grupp ta’ votanti fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali, taw daqqa t’id żejda. Fuq il-midja soċjali, l-NGO Animal Guardians Malta…

Barranin

Ġest ta’ matador waqt ‘la corrida’ qajjem kontroversja sħiħa fi Spanja u anke fost dawk li jiġġieldu għad-drittijiet tal-annimali. F’filmat li qed idur fuq il-midja soċjali, matador jidher qed jimsaħ…

Aktar