Kurżitajiet
ARA f’Napli: Tefgħu skoss wirdien fil-ward biex jaqilgħu transfer

Huwa maħsub li xi infermiera fi sptar f’Napli ħarrbu skoss wirdien fil-ward fejn jaħdmu biex jaqilgħu transfer.

Filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali minn pazjenti tal-isptar Vecchio Pellegrini juri għadd ta’ wirdien jiġru f’ward partikolari.

Huwa maħsub li l-infermiera tal-ward ħarrbu l-wirdien biex jiġu ttrasferiti f’ward li jirrikjedi inqas xogħol u ħidma.

Flimkien mal-wirdien instabet ukoll xi ċagħna u għalhekk, l-istaff tal-isptar qed jissuspetta li l-wirdien, li wkoll jidhru li huma eżotiċi, inxtraw tapposta bl-intenzjoni li jitħarrbu fl-isptar.

Ir-razza tal-wirdien li nstabu fl-isptar jgħixu fl-Amerka t’Isfel.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Raġel fl-Istati Uniti ġie arrestat wara li mara rrapportat lill-Pulizija li kien għaddiha biż-żmien u ħadilha $80,000. L-arrestat huwa John Martin Hill ta’ 35 sena, bil-mara tgħid li kienet iltaqgħet…

Kurżitajiet

L-artist anonimu Banksy reġa’ għamel waħda minn tiegħu hekk kif din id-darba, stieden ruħu b’idejh għall-akbar wirja artistika fid-dinja. L-artist rama’ l-aħħar xogħol artistiku tiegħu fit-toroq ta’ Venezja u jidher…

Barranin

Fl-Italja, sindki ta’ bliet fantażma ħarġu bil-kunċett li jħajru barranin jixtru propjetà biex jerġgħu jagħtu l-ħajja lil-lokalità. Fi Franza, is-Sindku ta’ Montereau Jean Debouzy deċċieda li minħabba l-kriżi ta’ nuqqas…

Barranin

Id-Deputat Prim Ministru Taljan u Ministru tal-Intern Matteo Salvini wera li għadu f’relazzjoni ma’ Francesca Verdini bi stessu li poġġa fuq is-siti soċjali fis-sigħat li għaddew. F’post li tella’ Salvini…

Aktar