Artiġjanat
Ara: Fost l-aħħar Maltin li jaħdmu s-suf tan-nagħaġ

Is-snajja’ u l-għadd ta’ tradizzjonijiet li kull pajjiż għandu, b’xorti ħażina, bħal donnu li aktar ma jmur aktar qed jonqsu, b’imsarna f’saqajna li wħud mill-artiġjanat distint li nħaddnu jista’ jaħarbilna minn idejna darba għal dejjem fil-futur qarib.

Madanakollu, il-gżejjer Maltin għadhom jgħożżu xi ftit mis-snajja’ tradizzjonali li ħallewlna missirijietna, fosthom dik tan-nessieġa, li b’paċenzja liema bħalha jaħdmu l-qoton, is-suf tan-nagħaġ, jew il-ħarir, bil-għan li minnhom isiru kull xorta ta’ lbies, twapet, u kutri ta’ kull għamla.

Fost l-aħħar Maltin li għadhom sal-ġurnata tal-lum jgħaddsu rashom jaħdmu f’dan il-mestier, bit-tama li jżommu ħajja din is-sengħa, l-artiġjan Antoine Vella.

Antoine kompla fuq il-passi ta’ missieru, u ta’ kuljum issibu jterraq bejn l-erba’ ħitan tal-ħanut tiegħu fir-Rabat.

Qabelxejn, Antoine jibda billi jiddobba xi ftit tas-suf tan-nagħaġ mingħand ir-raħħala tal-madwar. Imbagħad, inaddfu, jaħslu, inixxfu, u jaħdmu qisu mhux hu.

Aħbarijiet Oħra
Trasport

Ir-Renault Clio 5, l-aħħar mudell maħruġ mill-kumpanija Franċiża Renault, għadha kemm ġiet iċċertifikata mill-Euro NCAP bħala l-aktar karozza sigura li hawn fis-suq. Saħansitra, anki meta mqabbla ma’ karozzi oħra li…

Barranin

Filmat li kiseb popolarità kbira fuq il-midja soċjali juri l-mument li mewġ kbir jogħla fuq id-djar fil-gżejjer Baleariċi. Maltempata kbira, imlaqqma Gloria, ħakmet partjiet varji ta’ Spanja fl-aħħar jiem, b’mod…

Kurżitajiet

Fil-Kanada, raġel sar eroj f’belt twelidu, l-Alberta wara li sab soluzzjoni f’waqtha u salva tlett ifrieħ ta’ qtates minn ħalq il-mewt. Il-qtates ġew abbandunati barra fis-silġ u kawża t’hekk kienu…

Televiżjoni u Radju

Illum, waqt ‘Sibtek’, daħk u emozzjonijiet mill-bidu sal-aħħar. Fost il-mistiedna, għadd ta’ kokijiet lokali magħrufa, fosthom Manuel Aquilina u r-raġel tiegħu Steve, Neil Darmanin, u Aaron Degabriele. Liema chefs, mistennija jisfidaw…

Aktar