Barranin
Ara: Fotografu juri li l-brejkijiet tal-cable car fl-Italja kienu ilhom bil-ħsara mas-7 snin

Fotografu Żvizzeru ppubblika għadd ta’ filmati li fi kliemu juru li l-brejkijiet tal-cable car li ħasdet il-ħajja ta’ 14-il persuna f’Mottarone l-Italja kienu ilhom bil-ħsara minn tal-anqas seba’ snin.

Il-fotografu, Michael Meier ġibed il-filmati bejn l-2014 u l-2018. Filmati, li juru li snin ilu l-brejkijiet tal-emerġenza tal-cable car ma kinux qed joperaw kif suppost.

Meier bagħat il-filmati li ħa hu stess lill-istazzjon tat-televixin Ġermaniż ZDF hekk kif sema’ bit-traġedja fit-Tramuntana tal-Italja.

Intant, f’dawn l-aħħar jiem, it-technician tal-cable car ġie ordnat jibqa’ ġo daru, filwaqt li s-sid tal-kumpanija li kienet qed tieħu ħsieb il-cable car kif ukoll il-kap tat-taqsima responsabbli mill-manutenzjoni ingħataw il-ħelsien mill-arrest. Madankollu, il-filmati ta’ Meier għad iridu jiġu investigati.

Fl-aħħar sigħat ukoll, iċ-ċkejken Eitan, l-uniku li ħelisha mit-traġedja, ħareġ mit-Taqsima tal-Kura Intensiva.