Ikel
Ara: “Franza l-aktar platt delikat iż-żrinġijiet, għalfejn nitkażaw bis-swieq Ċiniżi?”

Lil hinn minn xi platt noodles imżewwaq bi ħxejjex u kontorn ta’ kull lewn u xorta, jew xi erba’ spring rolls iqarmċu, il-kċina Ċiniża ma tispiċċa qatt, u kultant saħansitra taf tkun xi ftit avventuruża żżejjed. Fil-fatt, għadd ta’ swieq fiċ-Ċina magħrufin għall-bejgħ ta’ kull xorta ta’ annimali u insetti.

F’dan l-isfond, waqt ‘TVAM’, Reno Calleja, il-President tal-Għaqda Ħbiberija bejn Malta u ċ-Ċina, qal li ġaladarba l-ikel ikun imsajjar tajjeb, dak li jkun m’għandux għalxiex jinkwieta.

Is-Sur Calleja żied jgħid li ċ-Ċiniżi ma jiklux ikel ipproċessat. B’hekk, skont it-tradizzjoni, jixtru dak li jieklu mis-swieq biss, u minn imkien aktar.

Liema swieq, madanakollu, kultant ma jkunux nodfa kemm suppost. Tant hu hekk, li l-coronavirus tant imsemmi f’dawn l-aħħar jiem nibet proprju f’wieħed minn dawn is-swieq, f’Wuhan.

Sa issa, b’xorti tajba, m’hawnx traċċi tal-coronavirus fil-gżejjer Maltin. Madanakollu, is-Sur Calleja ġibed l-attenzjoni wkoll għall-fatt li minkejja li għad m’hawn ebda każ fostna, riżultat tal-virus li qed jinxtered lil hinn minn xtutna, fil-gżejjer Maltin qed ikun hawn ċertu preġudizzju fil-konfront ta’ għadd ta’ komunitajiet Ċiniżi għalxejn b’xejn.

Aħbarijiet Oħra
Tradizzjonijiet

Dahri kienu jkunu bilqiegħda fuq xi banketta ħa taqa’ biċċiet biswit xi zuntier għall-frisk, libsin qmis bajda qoton, sidrija miftuħa beraħ, u beritta. F’idejhom, l-għannejja kien ikollhom kitarra, u bi…

Kurżitajiet

Il-Karnival tant mistenni, aktarx l-aktar miċ-ċkejknin, jinsab magħna. Madanakollu, lil hinn mill-bluha u x-xalar li jikkaratterizzaw xi ftit jew wisq dawn il-jiem ta’ briju, ‘Sibtek’ illum jissokta b’programm ieħor mimli…

Storja

Fost l-aktar destinazzjonijiet ta’ interess li jinsabu qrib tagħna, u li huma pjuttost imfittxija mill-Maltin, Sqallija. Liema gżira, tinsab tefa’ ta’ ġebla ‘l bogħod minnha, u li tħaddan għadd ta’…

Aktar