Stejjer Umani
ARA: Gabriel jirnexxilu jiżfen ma’ sħabu fil-kunċert tal-Milied

Gabriel Abela, li jbati mill-kundizzjoni tas-cerebral palsy, dan il-Milied irnexxielu jiżfen ma’ sħabu waqt il-kunċert tal-iskola.

Gabriel, li għandu 7 snin, jagħmel terapija kontinwa biex ikun jista’ jtejjeb l-abbiltà tiegħu li jimxi u jiċċaqlaq.

Marcelle Abela, omm Gabriel, qalet lil TVM kif hi u żewġha jsostnu fuqu biex jagħmel l-eżerċizzji u jieħu t-terapija b’mod konsistenti, inkella ma jkunx jista’ javvanza, u hemm ċans li anki jmur lura.

Il-possibiltà li jimxi ‘l quddiem permezz tat-terapija huwa bħal manna mis-sema għall-ġenituri ta’ Gabriel, li għal għadd ta’ snin għexu bil-biża’ li se jitilfu lil binhom minn kundizzjoni diġenerattiva, u li llum serrħu moħħhom li binhom ma jbatix minnha.

Fil-filmat miġbud minn ommu waqt il-kunċert tal-iskola, wiċċ Gabriel jixgħel bil-ferħ waqt li jipparteċipa ma’ sħabu fiż-żifna li ħejjew għall-ġenituri.

Ara wkoll:

FILMAT – jitlaq jimxi waħdu wara li qajla kien hemm tama għalih

ARA – wara li beda jimxi, issa wkoll isuq ir-rota

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Raġel li twaqqaf mill-Pulizija meta kien wieqaf quddiem ħanut fi Triq Ħal Tarxien f’Raħal Ġdid fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu, instab li kellu fuqu oġġetti li jintużaw għall-isgassar u s-serq, fosthom virga,…

Kisbiet

Iċ-Chairman tal-Public Broadcasting Services Limited, Cavaliere Dr Tonio Portughese ppreżenta d-DVDs tal-kunċert mill-Banda La Valette “La Sollevazione di Cristo” u l-intervista mal-Mro Joseph Sammut lill-President Jonathan Grima kif ukoll lis-Sindku…

Droga

16-il persuna, fosthom żewġ nisa, fl-etajiet ta’ bejn l-20 u l-55 sena, temmew programm ta’ rijabilitazzjoni mill-użu tad-droga u ħadu sehem f’ċerimonja ta’ gradwazzjoni li ċċelebrat is-suċċess tagħhom. Iċ-ċerimonja bit-tema…

Lokali

Il-Fondazzjoni Foodbank Lifeline tal-Knisja Metodista f’Malta qed tkompli tifrex il-ħidma tagħha bit-tqassim ta’ ikel lil familji fil-bżonn. Il-Fondazzjoni qalet li sal-aħħar tas-sena mistennija tgħin aktar minn 16,000 persuna bi spiża…

Aktar