Mużika
ARA: Gaia b’filmat mużikali ġdid għal Why Should I?

Wara l-esperjenza ta’ X Factor fir-Renju Unit is-sena l-oħra, Gaia rritornat Malta, fejn dan is-sajf kienet waħda mill-artisti lokali li tat prestazzjoni waqt L-Isle of MTV fuq il-fosos il-Furjana.

Sakemm Gaia qed tkompli taħdem fuq materjal originali, l-ġimgħa l-oħra ħarġet l-ewwel single tagħha bl-isem ta’ ‘Why should I?, li kitbet hi stess, flimkien ma’ Kevin Paul, bi produzzjoni ta’ Siconix fl-istudios ta’ Wicked and Loud, u b’mixing u editing ta’ Matteo Depares.

Is-single tnediet fuq ir-radji l-ġimgħa l-oħra, waqt li lbieraħ ixxandar il-filmat mużikali li kien f’idejn wiehed minn wiehed mid-direttur  Steven Levi Vella flimkien ma’ Matthew Muscat Drago.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-gvern ħabbar il-ftuħ tal-istaġun tal-insib tal-ħarifa għal żewġ speċi: il-pluviera u l-malvizz. Fi stqarrija tas-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali ntqal li wara li evalwa r-rakkomandazzjonijiet tal-kumitat Ornis, l-istaġun…

Sport

Fit-tielet logħba tagħhom fil-Kampjonat tal-Amateurs, it-tim ta’ Syria Gżira FC kiseb l-ewwel rebħa bl-iskor ta’ 3-1 kontra Fleur De Lys FC. Il-player Lucky Chizobor skurja żewġ gowls filwaqt li Julius…

Saħħa

Ilbieraħ filgħaxija għadd ta’ nies nġabru quddiem iċ-Ċentru Esplora fil-Kalkara għal mixja simbolika bħala parti mix-xahar iddedikat għall-għarfien dwar il-kanċer tas-sider, magħruf bħala Pink October. Din is-sena n-nisa u l-irġiel…

Lokali

L-invażjoni Torka fit-Tramuntana tas-Sirja ġiet ikkundannata mill-komunità Kurda f’Malta li bl-appoġġ tal-Moviment Graffitti organizzaw manifestazzjoni paċifika quddiem l-Ambaxxata Torka fil-Floriana. Huma kkundannaw dak li sejħu bħala assalt brutali u mingħajr…

Aktar