Saħħa
ARA: Ġappuniż ta’ 81 sena jżomm attiv billi juża l-scateboard

Yoshio Kinoshita huwa Ġappuniż ta’ 81 sena li jżomm ruħu attiv billi juża l-scateboard.

Kuljum huwa jerħilha lejn l-skate park fil-belt ta’ Osaka, fejn jgħix, u joqgħod jara scateboarders tfal u żgħażagħ biex jitgħallem tricks ġodda.

“Kollha huma l-għalliema tiegħi”, jgħid Kinoshita li qabel irtira kien jaħdem bħala technician fil-kostruzzjoni u għadu jsewwi r-roti bħala part-time.

Huwa jgħid li għall-ewwel kien iżomm mar-railing imma issa qed jagħmel manuvri bħall-scateboarders iżgħar minnu.

Kinoshita beda jipprattika l-scateboarding sentejn ilu wara li xtara waħda second hand li nstabet abbandunata fi stazzjon tal-ferrovija.

F’pajjiż fejn huwa stmat li sal-2050 ikun hemm 35% tal-popolazzjoni li għandha 65 sena jew aktar huwa jgħid li l-scateboarding jgħin l-abilità li taħseb.

Kinoshita huwa missier ta’ tnejn u għandu żewġ neputijiet.