Kurżitajiet
ARA: Georgie jiġġennen biex jiġbed lil sidu bir-rota f’Għawdex

Georgie huwa kelb li jarmi l-enerġija tant li mixja jew ġirja għalih mhux biżżejjed. Sid il-kelb jaqsam filmat fuq il-midja soċjali li juri l-eżerċizzju ta’ kuljum li l-kelb tiegħu jkun ilu ġurnata jistenna.

Il-ħajja ta’ Georgie ma kinitx kollha ward u żar – ħajtu bdiet fuq nota ħażina għaliex meta kien għadu ġeru, Georgie nstab f’xifer il-mewt f’gandott fil-Bulgarija. Huwa kien laqqat marda serja tal-klieb, il-Parvo Virus.

B’xorti tajba, Georgie rnexxielu jegħleb il-virus wara li sidu ġabru u ħadu għall-kura iżda l-marda ħallietu bi ħsara irriversibbli f’moħħu.

Il-kundizzjoni li jgħix biha Georgie mhux waħda faċli l-għaliex ma jġibx ruħu bħal klieb oħra. Huwa jsibha diffiċli jitgħallem ċertu affarijiet, jinbaħ mix-xejn u jitlifha jekk ma jinżammx marbut biċ-ċinga.

Sidu qal li ma setax isib tarf dan il-kelb iżda b’ħafna riċerka skopra li Georgie, li huwa kelb tal-kaċċa, kellu bżonn attivitajiet ħafna aktar tqal biex ikun jista’ jiżvoga u jaħli l-enerġiji tiegħu.

Bis-saħħa tal-espert tal-klieb Cesar Milan, sid il-kelb skopra li seta’ jorbot ċinga magħmula apposta għas-saħħa ta’ Georgie mar-rota li jsuq u jħallih jiġbdu l’quddiem. Qal li dan huwa sport li jissejjaħ Bikejoring u li l-kelb tiegħu ġġennen għal din l-attività. Infatti, ta’ kuljum jurih li jkun irid joħroġ bir-rota.

Sid Georgie qal li mindu bdew dan l-eżerċizzju, Georgie wera progress kbir fl-imġieba tiegħu.

Għalkemm qal li jitwaqqaf ħafna drabi minn persuni li jgħidulu li dak li qed jagħmel hija moħqrija fuq il-kelb, sid il-kelb iwieġeb li huwa jaqdifha r-rota u qatt ma jħalli lill-kelb jiġbed waħdu.

Sid il-kelb qasam dan il-filmat biex iqajjem aktar kuxjenza dwar kemm għandhom bżonn l-għajnuna tagħhna l-annimali abbandunati, u talab lill-Maltin u Għawdxin ikunu ġenerużi u jgħinu lix-shelters b’donazzjonijiet finanzjarji.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

F’kumment telefoniku waqt xandira diretta fuq TVM, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li dan huwa l-ikbar distakk politiku fl-istorja tal-pajjiż. Qal li skont figuri proviżjonali, id-distakk huwa ta’ 17%, li…

Lokali

L-ewwel indikazzjonijiet qed juru li hemm distakk ta’ madwar 45,000 bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista, bil-Partit Laburista li jinsab minn fuq. Iktar kmieni kien irrappurtat li d-distakk huwa ta’…

Elezzjoni

Il-Ministru Michael Falzon iddikjara li minn dak li deher s’issa, kollox qed jindika li l-Partit Laburista kiseb maġġoranza assoluta. F’kumment li ta lil TVM, il-Ministru Falzon, li għandu esperjenza twila…

Aktar