Annimali
ARA: Ġeru mwerwer wara li waddbuh minn fuq ħajt

Fi ftit jiem kelb ieħor għadda minn kefrija bla bżonn. Wara li ftit jiem ilu l-Assoċjazzjoni tal-Annimali Abbandunati rrapportat storja ta’ kelba li ntremiet minn karozza u provaw itajruha, illum l-AAA ltaqgħet ma’ storja oħra ta’ qsim il-qalb.

Dalgħodu, waqt li kienu għaddejjin bil-ħidma sabiħa tagħhom mal-klieb, persuni fl-AAA semgħu l-kelb Snoopy jinbaħ bħalma jagħmel dejjem meta jmorru xi nies. Madankollu, l-inbiħ tiegħu ma kienx għax mar xi ħadd. Fil-fatt meta marru lejn il-grada ma sabu lil ħadd.

L-inbiħ ta’ Snoopy, il-kelb mascot tal-AAA ma waqafx bħal donnu ried jgħidilhom xi ħaġa. Permezz tal-inbiħ ta’ Snoopy huma indunaw li xi ħadd waddab kelb għal għandhom minn fuq ħajt.

Huma sabu kelb ta’ xahrejn u nofs imwerwer f’rokna. Ixxukkjat minn dik l-esperjenza kiefra, il-ġeru kien beżgħan u mwerwer anke mill-membri tal-AAA.

L-AAA innotat li kieku l-kelb twaddab fitt metri ‘l bogħod fejn klieb oħra li ma jridux klieb oħra magħhom, dan il-ġeru jaf kien imut. Fortunatament, il-kelb ma ġarrab ebda ksur għax waqa’ fuq il-ħamrija.

Hija qalet li ma kienx hemm għalfejn il-kelb jintrema għax kieku xi ħadd mar jagħtihom il-kelb minflok waddbu kienu jaċċettawh bil-qalb.

Intant, dan il-ġeru diġà sab familja li hija lesta sabiex taddottah.

L-AAA tgħin ħafna lill-klieb li sfortunatament  jgħaddu minn episodji koroh. Jekk tixtieq tgħin l-Assoċjazzjoni tkompli b’ħidmietha tista’ tagħti donazzjoni tiegħek permezz tal-Paypal:[email protected] jew b’sms:

50617350 €2.33
50618060 €4.66
50618910 €6.99
50619200 €11.66
BOV Mobile:
79730921