COVID-19
ARA: Għadd ta’ nies imorru fil-Bajja ta’ San Ġorġ – il-Pulizija tmur tkeċċi n-nies

Minkejja l-pariri mill-awtoritajiet tas-saħħa sabiex il-pubbliku ma jinġabarx fil-folol, dal-lejl għadd ta’ nies marru l-Bajja ta’ San Ġorġ.

Sabiex tiġi kkontrollata l-imxija tal-COVID-19, il-Gvern ħa diversi miżuri fosthom l-ilbies tal-maskra, l-għeluq tal-bars wara l-11pm u d-distanza soċjali.

Madankollu, minkejja l-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa, matul dal-lejl għadd ta’ nies inġabru fil-Bajja ta’ San Ġorġ. Ritratti u filmati bdew jinxterdu fuq il-mezzi soċjali bin-nies jikkummentaw dwar in-nuqqas ta’ responsabbiltà minn uħud sabiex tiġi mrażżna l-COVID-19.

TVM jinsab infurmat li fuq il-post marru l-Pulizija u f’ħin qasir il-pubbliku li nġabar hemm telaq.