Kurżitajiet
ARA: Għaddas isib xabla ta’ żmien il-Kruċjati li għandha 900 sena

Shlomi Katzin kien qed jogħdos f’Haifa, l-Iżrael, meta lemaħ xabla f’qiegħ il-baħar miksija bil-bebbux.

Huwa tellagħha u informa lill-awtoritajiet fejn mill-ewwel testijiet irriżulta li x-xabla għandha madwar 900 sena.

It-testijiet fuq ix-xabla, twila madwar metru, urew li din kienet tintuża mill-kavallieri waqt il-Kruċjati kontra l-Misilmin.

Kobi Sharvit, li jmexxi t-taqsima tal-arkeoloġija marittima f’Iżrael, irrimarka li meta tqis kif kienu jkunu lebsin il-kavallieri f’dak iż-żmien, min kien jużaha żgur li kien raġel b’saħħtu.

Ix-xabla se titnaddaf u analizzata f’aktar dettall u wara se tkun esebita għall-pubbliku.