Infrastruttura
ARA: Għal Settembru tibda tintuża l-ewwel triq tas-Central Link

Bdiet tieħu l-forma triq ġdida, li skont il-pjani ta’ Infrastructure Malta, sa erba’ xhur oħra se tkun tista’ tibda tintuża mill-eluf ta’ vetturi li mill-Imrieħel jitilgħu ‘l fuq, lejn ir-Rabat jew lokalitajiet oħra fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta. It-triq il-ġdida fuq barra ta’ Ħ’Attard tirrappreżenta l-ewwel fażi tal-proġett Central Link.

Mit-tarf tal-bypass tal-Imrieħel sa Wied Inċita, qabel tidħol l-Isptar Monte Carmeli, bdiet tieħu l-forma triq ġdida li tirrappreżenta l-ewwel fażi tal-proġett tas-Central Link. It-triq il-ġdida, li se jkollha żewġ korsiji, se tippermetti li l-vetturi jibqgħu għaddejjin mingħajr ma jieqfu fid-dwal tat-traffiku ta’ quddiem il-bini tal-MFSA u ta’ barra d-daħla ta’ Sant’Anton, li bil-proġett se jispiċċaw.

“Qed nittamaw li din il-parti tkun lesta sa Settembru li ġej, fejn ser inkunu qegħdin niftħu triq ġdida li tgħaqqad mill-MFSA għal dawk li jkunu jridu jitilgħu lejn in-naħa ta’ fuq tal-pajjiż. Ikunu jistgħu jagħmlu hekk mingħajr ma jgħaddu miċ-ċentru ta’ Ħ’Attard,” spjega Fredrick Azzopardi, Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta.

Ix-xogħol beda f’Jannar bi tħaffir mnejn se tgħaddi t-triq il-ġdida, billi partijiet minnha se jkunu f’livell aktar baxx mit-toroq residenzjali li jinsabu fil-qrib u li bħala parti mill-proġett qed jinbnew mill-ġdid ukoll. B’hekk, it-triq il-ġdida se tkun mifruda mit-toroq residenzjali.

“Jisseparaw is-service road jew it-triq residenzjali ma’ din it-triq biex ngħid hekk arterjali hemm cycle lane, hemm bankini, hemm anke verge bis-siġar u għaldaqstant rajna kif kemm jista’ jkun inbegħdu.”

Il-ħaddiema tal-kuntratturi qed jgħaddu kilometri ta’ pajpijiet, katusi, cables għall-elettriku u servizzi ta’ komunikazzjoni, u bini ta’ sistemi ta’ ilqugħ u ġbir tal-ilma tax-xita. Bnew ukoll diġa’ kważi 3 kilometri ta’ ħitan fil-ġnub tat-triq.

Meta fi żmien erba’ xhur oħra tibda tintuża t-triq il-ġdida, Infrastructure Malta tkun tista’ tibda tibni mill-ġdid Triq iż-Żagħfran u Triq in-Nutar Zarb. Skont il-pjanti, dawn it-toroq ġejjin b’żewġ korsiji ‘l isfel għal vetturi li minn ħdejn Wied Inċita jkunu neżlin lejn l-Imrieħel. B’hekk jispiċċa l-bżonn li jużaw it-triq li tieħu għall-qalbha ta’ Ħ’Attard, fil-parti fejn bħalissa t-triq tiġi bħal lembut u tidjieq għal korsija waħda.

B’differenza minn bħalissa, bil-proġett lest, mill-bypass tal-Imrieħel sar-roundabout qabel tibda tiela’ lejn it-Telgħa tas-Saqqajja, it-triq se jkollha mill-anqas żewġ korsiji f’kull direzzjoni. Central Link qed isir b’investiment ta’ €55 miljun u Infrastructure Malta tistma li jkun lest kollu sa bħal dan iż-żmien sena oħra.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Żagħżugħ ta’ 23 sena mill-Gudja tressaq il-Qorti l-Ħadd filgħodu, akkużat li lbieraħ waqt li kien fi stabbiliment fil-limiti tar-Rabat, ikkaġuna ġrieħi gravi lil Nathan Luke Borg, li kissirlu n-nuċċali u…

Infrastruttura

Infrastructure Malta għażlet żewġ artisti u żewġ ditti tal-arkitettura minn Malta, Ċipru u r-Rumanija sabiex jipproduċu erba’ xogħlijiet artistiċi kbar għaż-żoni bis-siġar u passaġġi madwar il-flyovers tal-Marsa Junction Project wara…

Kultura

Il-parruċċani tas-Siġġiewi 320 sena ilu kkummissjonaw żewġ biċċiet tal-arti, kurċifiss u kwadru li flimkien jirrappreżentaw ix-xena tal-golgota fi tliet dimensjonijiet. Din l-opra tal-arti kienet saret f’Ruma. F’dan iż-żmien kemm il-kurċifiss…

Stejjer Umani

Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi illum qed jiċċelebra l-24 anniversarju tal-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu. Fuq il-paġna tiegħu fuq facebook, Fr Martin filwaqt li radd ħajt lil Alla għal dak kollu…

Aktar