Barranin
ARA: Għalaq 96 sena u għodos 15-il sular biex jiċċelebra

Raġel li għadu kemm għalaq 96 sena kiser ir-rekord tiegħu nnifsu meta għodos f’Ċipru għal 48 minuta f’fond ta’ 42.4 metri, ekwivalenti għal 15-il sular.

Ray Woolley huwa veteran Ingliż tat-Tieni Gwerra, u qatta’ l-aħħar 59 sena ta’ ħajtu jogħdos. Fl-aħħar għadsa, Woolley niżel jesplora l-vapur Zenobia, li għereq fl-1980 ‘il barra minn Larnaca.

Dan huwa t-tielet rekord li qed jikser Woolley, u x’aktarx mhux l-aħħar wieħed. Hekk kif ħareġ mill-ilma, ma tilifx żmien biex jiddikjara li jrid jerġa’ jagħmilha.

Dokumentarju dwar il-ħajja ta’ Woolley mistenni jixxandar fil-Bosnija-Herzegovina dan ix-xahar. Sadanittant, tista’ ssegwi l-aħħar avventura ta’ Woolley f’qiegħ il-baħar f’dan il-filmat:

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Xjentisti fl-Istati Uniti jemmnu li sabu kura għall-virus li jikkawża r-riħ u viruses oħra li jixbħuh u li jistgħu jikkawżaw paraliżi. Għall-kuntrarju tal-perċezzjoni li teżisti, sal-lum ma teżistix kura għar-riħ,…

Barranin

L-ex Prim Ministru Taljan, Matteo Renzi rriżenja mill-Partit Demokratiku biex joħloq partit ieħor. Id-deċiżjoni ta’ Renzi jaf timmina l-koalizzjoni l-ġdida li ffurmat ftit tal-jiem ilu bejn il-PD u l-Moviment Cinque…

Barranin

Sarah Thomas kisret rekord tal-għawm meta qasmet mir-Renju Unit sa Franza erba’ darbiet fuq xulxin, tant li qattgħet 54 siegħa fl-ilma. Thomas, li għandha 37 sena u hija Amerikana, hija…

Barranin

Dik li kellha tkun imħatra bejn 3 ġuvintur spiċċat fi traġedja hekk kif tilfu ħajjithom huma u jippruvaw jisirqu xi residenzi privati. It-traġedja seħħet f’Georgia, fl-Amerka meta 3 ġuvintur liebsin…

Aktar