Ippjanar u bini
Ara: Għalfejn il-biċċa l-kbira tal-gallarijiet Maltin fil-Belt huma ħodor?

F’għadd ta’ lokalitajiet madwar il-gżejjer Maltin, fosthom fil-Belt Valletta, għadek issib numru ta’ gallarijiet tipiċi Maltin li jżewqu l-faċċati ta’ wħud mid-djar karatteristiċi ta’ dawn il-gżejjer li għad għandna fostna.

Irfinuti sal-iċken dettall u maħdumin b’reqqa liema bħalha, madwarna ssib gallarijiet Maltin ta’ kull lewn u għamla. Uħud, b’kuluri jgħajjtu, u li bla ma trid teħel tħares lejhom imsaħħar u paxxut.

Madanakollu, kien hemm żmien meta bosta minn dawn il-gallarijiet tipiċi, l-aktar dawk fl-inħawi tal-Port il-Kbir, kienu jinżebgħu biss b’lewn aħdar skur, kif spjega Joe Azzopardi mill-Awtorità tal-Ippjanar waqt il-programm ‘Malta u lil hinn minnha’.

Liema żebgħa ħadra, kienet tużaha r-Royal Navy Ingliża għax-xwieni tagħha.

Is-Sur Azzopardi żied jgħid li ammont minn din iż-żebgħa kien jispiċċa fuq is-suq Malti, u li aktarx kien jinbigħ bi prezz irħis. B’hekk, bosta kienu jixtru minnha, u kienu jużawha proprju għall-gallarijiet.

Fost l-oħrajn, dik tar-Royal Navy Ingliża kienet żebgħa li tiflaħ sew għall-elementi, u li għalhekk kienet tipproteġi aħjar l-injam.

Aħbarijiet Oħra
Tradizzjonijiet

Dahri kienu jkunu bilqiegħda fuq xi banketta ħa taqa’ biċċiet biswit xi zuntier għall-frisk, libsin qmis bajda qoton, sidrija miftuħa beraħ, u beritta. F’idejhom, l-għannejja kien ikollhom kitarra, u bi…

Kurżitajiet

Il-Karnival tant mistenni, aktarx l-aktar miċ-ċkejknin, jinsab magħna. Madanakollu, lil hinn mill-bluha u x-xalar li jikkaratterizzaw xi ftit jew wisq dawn il-jiem ta’ briju, ‘Sibtek’ illum jissokta b’programm ieħor mimli…

Storja

Fost l-aktar destinazzjonijiet ta’ interess li jinsabu qrib tagħna, u li huma pjuttost imfittxija mill-Maltin, Sqallija. Liema gżira, tinsab tefa’ ta’ ġebla ‘l bogħod minnha, u li tħaddan għadd ta’…

Aktar