Ambjent
ARA: Għalfejn il-Kunsill tal-Qala oġġezzjona għal diversi żviluppi?

Is-Sindku tal-Qala Paul Buttigieg spjega għalfejn il-Kunsill Lokali oġġezzjona diversi drabi għal applikazzjonijiet ta’ żvilupp li saru f’din il-lokalità matul l-aħħar 17-il sena.

Waqt li kien qed jitkellem fuq TVAM ilbieraħ, is-Sur Buttigieg qal li l-Kunsill nefaq eluf ta’ ewro biex isiru l-istudji neċessarji biex ikun jista’ jiddefendi l-ambjent naturali tal-Qala mill-iżvilupp f’inħawi differenti f’żoni barra l-iżvilupp.

L-iktar kontroversja riċenti kienet dwar permess għal villa minflok kamra li attwalment qiegħda fi stat dilapidat. Wara pressjoni li saret mill-Kunsill u minn għaqdiet ambjentali, il-kuntrattur innifsu rtira d-deċiżjoni li jagħmel l-iżvilupp minkejja li ħariġlu l-permess. Is-Sindku sostna li dan mhux biżżejjed, u li l-Kunsill se jkun qed jappella biex il-permess jiġi rtirat.

Is-Sur Buttigieg żied li l-Awtorità tal-Ippjanar ma timxix ma’ kulħadd bl-istess kejl, u semma każ ieħor ta’ persuna differenti fil-Qala li qed tiġi mġiegħla tħott binja ta’ gallinari f’20 tomna raba’.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Owen Bonnici, ippubblika pakkett ta’ emendi għal-liġijiet tad-droga li bis-saħħa tagħhom, il-Qrati se jkollhom iktar diskrezzjoni dwar is-sentenza li għandhom jagħtu f’każ ta’ sejbien ta’ ħtija f’każijiet ta’…

Qorti

Illum tkompli l-kumpilazzjoni tal-aħwa Degiorgio u Vince Muscat fejn mistenni jixhed Melvin Theuma. Fl-awla tal-Qorti hemm preżenti t-tliet akkużati, l-aħwa Degiorgio u Vince Muscat bilqegħda mdawrin minn uffiċjali tal-ħabs. Preżenti…

Politika

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne u d-Deputat Parlamentari Robert Abela huma ż-żewġ kandidati għall-ħatra ta’ mexxej tal-Partit Laburista minflok il-Prim Ministru Joseph Muscat. Ftit wara li ngħalqu n-nomini għal Mexxej…

Aktar