Agrikultura
ARA: Għalfejn iż-żebbuġ Malti jagħmel fost l-ifjen żjut?

Deskritt bħala wieħed mill-ifjen żjut minn esperti u chefs magħrufa internazzjonalment, fosthom Jamie Oliver, iż-żejt taż-żebbuġa Malti għandu karatteristiċi partikulari li jiddistingwuh.

Sejbiet arkeoloġiċi juru li elfejn sena ilu, ir-Rumani kienu diġa’ jipproduċu ż-żejt taż-żebbuġa f’Malta. Iż-żagħżugħ Immanuel Grima, li wiret il-passjoni għall-agrikoltura minn missieru, qal li minn ftit tas-snin ilu ‘l hawn reġa’ hawn interess fl-industrija taż-żejt taż-żebbuġa.

Iltqajna miegħu fil-Wardija fejn jikkultiva s-siġar taż-żebbuġ. Spjega li ma jistgħux isiru paraguni bejn iż-żejt taż-żebbuġa Malti ma’ żejt ieħor taż-żebbuġa impurtat li jinbiegħ bi prezz orħos.

“Meta qed tuża żebbuġ ta’ kwalità għolja u ovvjament ma jkollokx produzzjonji qawwija, fil-każ ta’ Malta il-produzzjoni hija baxxa ħafna u meta qed tuża varjetà waħda, il-prodott se jkollu inqas volum,” qal is-Sur Grima.

Spjega li bħall-industrija tal-inbid, anke fl-għasir taż-żebbuġ hemm fatturi li jikkontribwixxu għall-kwalità għolja taż-żebbuġ li jintuża.

“Siġar taz-żebbuġ tal-Bidni, li huma siġar Maltin li għexu f’pajjiżna għal eluf u mijiet kbar ta’ snin, fejn jipproduċu ċertu togħma partikolari taż-żejt li jiġi prodott minnhom. Hija taħraq, peppery, tkun fiha antioxidants u Polyphenols elevat li jagħtu togħma partikolari.”

Is-Sur Grima qal li f’Malta l-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa hi żgħira, iżda nnota li l-produtturi taż-żejt jikkollaboraw bejniethom biex jippromovu iż-żejt taż-żebbuġa Malti. Qal li filwaqt li sa għaxar snin ilu kien hemm biss pressa waħda li tagħsar iż-żebbuġ fil-Wardija, illum hawn madwar għaxra, anke jekk m’hijiex industrija li minnha tagħmel għajxien.

Is-Sur Grima qal li minn tlettax-il tomna art fejn għandu madwar sitt mitt siġra taż-żebbuġ, kull sena jipproduċi bejn 200 u 250 litru żejt taż-żebbuġa.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-mexxej Laburista ntlaqa’ wkoll mill-partitarji fil-pjazza ta’ Ħaż-Żebbuġ. Huwa enfasizza li wara t-12 ta’ Jannar, il-Partit Laburista m’għandux bżonn numri biex juruh is-saħħa tiegħu għax huwa partit li jħoss il-polz…

Lokali

Dalgħodu l-pulizija reġgħet bagħtet għall-eks chief of staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri. Television Malta jinsab infurmat li dalgħodu l-Pulizija mit-Taqsima tar-Reati Ekonomiċi reġgħet interrogat lis-Sur Schembri u tteħditlu wkoll stqarrija….

Politika

Il-Prim Ministru Joseph Muscat indirizza l-folla li nġabret in-Naxxar fejn qal li ”xogħlna issa li nħarsu ‘l quddiem.” Huwa qal li jinsab kburi b’dan il-moviment u f’dan kollu ”l-aħna akbar…

Aktar