Kurżitajiet
Ara għalfejn trid toqgħod b’seba’ għajnejn meta taqbeż mill-għoli

Raġel f’Ibiza li qabeż minn irdum ħa sorpriża kerha meta ta s-salt għal ġol-baħar.

Huwa ħareġ fuq blata spuntata ‘l barra biex jipprova jaqbeż għal rasu b’lura, waqt li sħabu bdew jiġbdulu filmat minn ġol-baħar.

Ġara iżda li meta ta s-salt, il-blata li kien qiegħed fuqha nkisret bih, u niżlet miegħu għal ġol-baħar. Ir-raġel ma weġġax, iżda l-inċident seta’ kellu konsegewenzi ferm iktar serji.

Ibiza hija magħrufa għal dan it-tip ta’ qbiż, b’kumpaniji li saħansitra joffru taħriġ lill-għawwiema fuq kif għandhom jaqbżu mill-għoli u fejn huma l-iktar postijiet addattati għal dan l-isport.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Mara li tilfet parti minn sieqha wara li ntlaqtet b’taxi fi New York, għamlet sieq prostetika minn basket ta’ Louis Vuitton. Sian Green-Lord, Brittanika minn Leicester, kienet miexja ma’ ħabibta…

Tradizzjonijiet

Iż-żmien itir u ma jistenna ‘l ħadd. Għal darb’oħra, il-Karnival reġa’ wara l-bieb. Liema jiem, huma kkaratterizzati minn briju, kostumi u karrijiet ta’ kull għamla, xi biċċtejn prinjolata, u lwien…

Barranin

Mument kemmxejn imbarazzanti għall-plejers ta’ Juventus Cristiano Ronaldo u Paulo Dybala, li spiċċaw taw esebizzjoni ta’ mħabba ikbar milli kienu qed jimmiraw għaliha. F’mument ta’ ewforija hekk kif skurjaw gowl…

Barranin

Il-kumpanija tal-iktar xarba popolari fid-dinja, l-Coca-Cola, ikkommettiet ruħha li ma tiqafx tuża l-fliexken tal-plastik, minħabba li fi kliemha, l-konsumaturi jippreferu fliexken tal-plastik. Qalet li dan minħabba li flixkun ikun jista’…

Aktar