Mużika
ARA: Għaliex bkiet Ira Losco f’X Factor Malta?

Bil-vuċi tagħha Michaela Pace, tfajla ta’ 17-il sena rnexxielha tattira l-attenzjoni tas-segwaċi ta’ X Factor kemm Maltin kif ukoll barranin.

Waqt li kienet qed tinterpreta l-kanzunetta Total Eclipse of the Heart, Michaela rnexxielha temozzjona lil Ira Losco, li bdiet tibki waqt l-interpretazzjoni mill-isbaħ ta’ Michaela.

It-tfajla Maltija rnexxielha tisraq l-attenzjoni ta’ X Factor Global u f’temp ta’ ftit ħin dan il-filmat mar viral, b’eluf bdew jaraw il-filmat tal-prova li għamlet Michaela f’X Factor Malta.

Ara l-prova ta’ Michaela u segwi x’ġara fil-filmat.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Kummissjoni Elettorali fi stqarrija qalet li b’effett immedjat, il-votanti li ntilfilhom, tqattgħalhom jew ġratilhom ħsara sostanzjali fid-dokument għall-votazzjoni wara li rċevewh jistgħu japplikaw għal dokument għall-votazzjoni speċjali. Dan japplika wkoll…

Qorti

Alessio Minelli, Taljan ta’ 27 sena, instab ħati li agredixxa u weġġa’ gravi lil Ryan Sacco, pulizija li dak il-ħin kien ‘off-duty’. Il-każ seħħ fis-sigħat bikrin tas-6 ta’ Lulju 2017…

Kurżitajiet

Fl-istadium ta’ Ramón Sánchez Pizjuán f’Sevilla, tfaċċat il-bandiera Maltija fost il-partitarji li marru jsegwu logħba football tas-Sevilla kontra r-Rayo Vallecano. Jidher li fost il-partitjari, kien hemm Malti kburi b’pajjiżu u…

Edukazzjoni

Sittin tifel u tifla mill-iskejjel primarji tal-istat ta’ Malta u Għawdex ħadu sehem f’attività tal-Brillantini tal-Kitba li l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu organizzat f’Ruma. Permezz tal-iskema ‘Brillantini tal-Kitba’, tfal ta’ disa’ snin,…

Aktar