Barranin
ARA: Għalliem jinfaqa’ jibki bil-ġest tal-istudenti tiegħu

Għalliem f’Nebraska, fl-Istati Uniti, emozzjona ruħu meta ra ġest tal-istudenti tiegħu li ma kienx qed jistenna.

L-istudenti, li huma adolexxenti, ġabru l-flus bejniethom u xtraw lill-għalliem tagħhom żarbun sportiv, wara li dan kien insteraqlu.

Wara li fetaħ il-kartolina, għal ftit mumenti l-għalliem deher konfuż, iżda meta ra l-kaxxa tal-kartun u rrealizza x’hemm fiha, pront infaqa’ jibki, bl-istudenti jduru miegħu u jgħannquh.

Il-filmat ixxerred fuq il-midja soċjali u rawh eluf kbar ta’ nies, b’ħafna jikkummentaw fuq l-importanza tal-għalliema fis-soċjetà u r-rabta b’saħħitha li kapaċi tinbet bejnhom u bejn l-istudenti.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-vittmi tal-Coronavirus madwar id-dinja telgħu għal 2,600, bl-Italja jsir l-aktar pajjiż affettwat barra l-Ażja tant li mill-inqas sitt persuni mietu u aktar minn mitejn instab li huma infettati bil-virus. L-Unjoni…

Barranin

Karozza nstaqet għal fuq il-folla waqt parata tal-karnival fil-belt Ġermaniża ta’ Volkmarsen. Tal-inqas għaxar persuni huma maħsuba li ndarbu. Kelliem għall-pulizija qalet li s-sewwieq qed jinżamm mill-pulizija. S’issa mhux ċar…

Barranin

Id-direttur ċelebri tal-films Harvey Weinstein instab ħati f’ġuri fuq żewġ atti tal-akkuża dwar abbuż sesswali fuq nisa. Weinstein li għandu 67 ma nstabx ħati iżda fuq l-iktar akkużi serji li…

Barranin

Il-Prim Ministru tas-Slovakkja, Peter Pellegrini ħassar l-impenji kollha tiegħu wara li ħakmu deni ta’ żiemel u problemi fin-nifs. Iż-żmien fejn marad ma setax ikun agħar l-għaliex ġimgħa oħra mistennija l-elezzjoni…

Aktar