Barranin
ARA: Għalliem jogħla fl-arja biex jispjega l-gravità

Il-lezzjonijiet ta’ għalliem tax-Xjenza fl-Istati Uniti spiss jieħdu xejra mhux tas-soltu, u jidher li huma apprezzati ferm mill-istudenti.

L-għalliem Jonathan Clark, li huwa wkoll atleta tal-basketball, hija l-hena tiegħu jaqbeż fil-għoli u jagħmel manuvri fl-arja biex idaħħal il-ballun fix-xibka.

F’wieħed mill-filmati fuq Twitter, Clark jidher jiġi bil-ġirja u jaqbeż minn fuq ras student adoloxxenti li jinsab wieqaf quddiem il-bieb, iżda mhux biss. Sakemm ikun fl-arja Clark jirnexxielu wkoll jgħaddi l-ballun minn bejn saqajh, qabel ma jwaddbu fix-xibka.

F’filmat ieħor, li fih din id-darba Clark idur fl-arja qabel jagħmel l-istess manuvra, b’nofs ċajta jgħid li qed ikollu biċċa xogħol iebsa biex jispjega l-liġi tal-gravità lill-istudenti, jekk kull darba jirnexxielu jisfidaha bil-qabżiet tiegħu.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Tkompli tiżviluppa l-kwistjoni tal-immigranti abbord il-vapur Open Arms. Fl-aħħar sigħat tniżżlu Lampedusa s-27 immigrant taħt l-età wara li l-Ministru tal-Intern Taljan Matteo Salvini ta l-approvazzjoni li dawn jiddaħħlu l-Italja. Iżjed…

Barranin

Uffiċjal tas-sigurtà f’ajruport fi New York tkeċċiet mix-xogħol wara li tat nota lil passiġġier li fiha kien hemm miktub “Int ikrah”. Il-każ li seħħ f’Ġunju fi Greater Rochester International Airport. Il-filmat,…

Barranin

Raġel li raqad fuq saqqu li jintefaħ sab ruħu għadd ta’ kilometri ‘l bogħod fl-Istrett ta’ Messina, il-fliegu ta’ bejn l-Italja u Sqallija. Wara tfittxija ta’ disa’ sigħat, ir-raġel minn Reggio…

Barranin

Tkompli għaddejja l-kontroversja dwar il-vapur taż-żejt Iranjan li kien ilu miżmum minn Ġibiltà minn Lulju minħabba suspetti li kien qed iġorr iż-żejt lejn is-Sirja. Il-vapur issa telaq minn Ġibiltà minkejja…

Aktar