Barranin
ARA: Għalqu 112-il sena l-ixjaħ raġel u mara fid-dinja

Għalqu 112-il sena. Twieldu fl-istess jum fl-1908. Bob u Joan qed jgħixu f’mument ieħor li se jibqa’ ttimbrat fl-istorja tad-dinja u ta’ ħajjithom. Minkejja l-età u l-iżolament qalu li jħarsu lejn il-futur b’ottmiżmu.

Bob hu l-ixjeħ raġel fid-dinja, u Joan hi l-ixjeħ mara fir-Renju Unit.

Huma għexu għadd ta’ kapitli storiċi, mir-rivoluzzjoni fit-trasport għaż-żewġ gwerer dinija. Esperjenzaw ukoll il-qalba lejn it-teknoloġija u l-internet, u issa qed jiffaċċjaw l-isfida tal-coronavirus.

Iż-żewġ anzjani jinsabu f’iżolament. Weighton, li jgħix f’Alton, qal li xtaq jiċċelebra għeluq sninu, imma r-restrizzjonijiet tal-Covid-19 ħarbtulu l-pjani.

“I haven’t the slightest idea with all the coronavirus around. Who knows what’s going to happen? Certainly there will be no parties. There will be no special visitors,” qal Bob Weighton.

Weighton jgħid li hu kien tifel mistħi ħafna u maż-żmien tgħallem jieħu l-ħajja kif tiġi! ”I’ve learnt how to take things as they come I guess, yeah, and trust that all would be well and it usually has been.”

Hocquard tgħix f’Dorset mas-sieħeb tagħha li għandu 92 sena. Minkejja t-tfixkil li ħolqot il-Covid-19, hi xorta ċċelelebrat b’festin ċkejken mas-sieħeb tagħha, Ken.

Iż-żewġ anzjani stqarrew li l-familja u l-ħbieb huma l-akbar prijorità, iżda jħobbu jiltaqgħu ma’ persuni ġodda u jieħdu li jistgħu mill-ħajja.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-missjoni tan-Nazzjonijiet Magħquda fil-Libja, ħabbret ftehim għall-waqfien mill-ġlied bejn iż-żewġ fazzjonijiet rivali fil-Libja. Qalet li l-Gvern ta’ Għaqda Nazzjonali rikonoxxut minnha u bbażat fi Tripli u l-Armata Nazzjonali Libjana bbażata…

Barranin

Bħal-lum 74 sena ilu l-Italja saret Repubblika wara referendum li kien staqsa lill-elettorat Taljan jekk wara t-Tieni Gwerra Dinjija l-pajjiż għandux isir Repubblika. Dan il-jum nazzjonali din is-sena qed jitqies…

Barranin

L-esperti u x-xjentisti tal-World Health Organisation (WHO) qalu li mhemm l-ebda evidenza li tissostanzja dak li qal tabib rispettat Taljan, li l-Coronavirus qed jiddgħajjef. Il-Professur Alberto Zangrillo, li jmexxi t-taqsima…

Mużika

F’dawn l-aħħar ġimgħat il-kantant tal-grupp Winter Moods, Ivan Grech, hu u jqelleb fuq il-midja soċjali ġie wiċċ imb wiċċ ma’ verżjoni rock il-ġmiel tagħha tal-kanzunetta ‘Happy’ tal-kantant Amerikan Pharrell Williams….

Aktar