Ara: “Għalxejn temmen jekk il-fidi ma tipprattikahiex” – Fr Charles Tabone

Ilbieraħ filgħaxija, Fr Charles Tabone wassal sessjoni oħra t’eżerċizzi, bil-għan li l-eluf ta’ reliġjużi li ta’ kull sena f’dawn il-jiem joħonqu l-għadd ta’ knejjes madwar il-gżejjer Maltin, minkejja l-imxija tal-Covid-19, xorta waħda jisimgħu l-kelma t’Alla u jixtarruha, anki jekk minn darhom.

F’dan l-isfond, Fr Tabone qal li mhux lakemm wieħed jgħid li jemmen, iżda l-fidi dak li jkun għandu jipprattikaha fil-ħajja ta’ kuljum billi fost l-oħrajn jifhem lil ħaddieħor u possibbilment jagħti daqqa t’id lil min hu fil-bżonn.

Fr Tabone qal li l-ħajja tagħmel sens biss meta taqsamha ma’ ħaddieħor, u li l-fidi trid tidher fl-għemil.

Liema ġenerożità u solidarjetà, fl-isfond tal-Covid-19, bħalissa qed jispikkaw ġmielhom, hekk kif frott iċ-ċirkustanzi kulħadd qed jiġbed ħabel wieħed. Fr Tabone qal li, li kieku ma jkunx hekk, l-imxija tal-virus tirkibna. Madanakollu, Fr Tabone saħaq li ġaladarba noħorġu minn dan il-flaġell, jittama li lkoll nibqgħu nipprattikaw dan l-altruwiżmu lejn il-proxxmu.

Fr Tabone fakkar li jekk tassew nemmnu f’Alla u f’Ġesù Kristu ma nistgħux ma naqsmux ħajjitna mal-oħrajn, hekk kif kien Alla stess li qasam ħajtu magħna meta ħoloqna u meta bagħtilna lil Ġesù Kristu, li ta ħajtu għalina.

L-EŻERĊIZZI TAL-ERBGĦA 1 TA’ APRIL:-

Ara: “Kulħadd għandu piż x’iġorr, kun af li Ġesù lest li jġorru miegħek” – Fr Charles Tabone

L-EŻERĊIZZI TAT-TLIETA 31 TA’ MARZU:-

Ara: “Bħalma Ġesù ma ġġudikax ‘il Żakkew, hekk il-Knisja għandha tilqa’ lil kulħadd” – Fr Charles Tabone

L-EŻERĊIZZI TAT-TNEJN 30 TA’ MARZU:-

Ara: “Ta’ qsim il-qalb l-eluf imċaħħda minn mewta li tixraq lid-dinjità umana kawża tal-Covid-19” – Fr Charles Tabone

ERĠA’ SEGWI L-EŻERĊIZZI TAL-ĦAMIS 2 TA’ APRIL HAWN.

Aħbarijiet Oħra
Festi

Minn sena għall-oħra d-dilettanti tal-festi jkollhom seba’ mitt sena sakemm joqorbu x-xhur tas-sajf hekk kif b’mod ġenerali malli s-sħana tibda tagħmel tagħha għadd ta’ rħula madwar Malta u Għawdex jiċċelebraw…

Storja

Kulħadd f’żaqqu l-ewwel ma jaħseb. Fit-Tieni Gwerra, xejn anqas. Fl-1939, il-gazzetti u l-Gvern Kolonjali taw l-impressjoni li kien hemm biżżejjed ikel maħżun għal bosta xhur f’każ ta’ gwerra. Ir-realtà, iżda,…

Trasport

Ħafifa, twasslek f’radda ta’ salib u ma tniġġisx. Xi trid aktar? Illum il-Jum Dinji tar-Roti. Liema mezz tat-trasport jaqdik f’kemm ili ngħidlek, għalkemm dak li jkun xorta waħda jrid joqgħod…

COVID-19

Fl-isfond tal-miżuri li qed jittieħdu fir-ristoranti mindu l-ħwienet tal-ikel reġgħu fetħu l-bibien tagħhom, fl-aħħar sigħat l-ITS ippubblika filmat bil-għan li l-istudenti tiegħu kif ukoll min bi ħsiebu jaħdem fil-qasam tal-ikel,…

Aktar