Ambjent
Ara: Għandu jinħoloq bilanċ bejn min għandu l-art u min iħobb imur fil-kampanja?

Fi żminijiet bħal dawn, tibda tbatti l-qilla tax-xemx u jibda jiffriska t-temp, u bosta minna l-hena tagħna nerħulha lejn il-kampanja bil-għan li naqtgħu xi ftit jew wisq mir-rutina mgħaġġla ta’ kuljum u fl-istess waqt ingawdu l-pajsaġġ Malti u Għawdxi.

U, xi kultant, tiġi dahrek mal-ħajt hekk kif int u miexi jaf issib ma’ wiċċek xi tabella li żżommok milli tidħol f’żona partikolari. Liema tabella, taf toħloq element ta’ frustrazzjoni fost dawk li jħobbu jiffrekwentaw postijiet bħal dawn.

Ingram Bondin, il-President tal-assoċjazzjoni Ramblers, qal li mhux l-ewwel darba li wħud mill-membri tal-assoċjazzjoni ma jkunux jistgħu jaċċessaw partijiet tal-kampanja fil-mixjiet tagħhom.

Il-President tal-assoċjazzjoni żied jgħid li dan il-passatemp jista’ jsir aħjar billi jinżamm bilanċ mad-dritt tas-sidien tal-artijiet li jgawdu l-proprjetajiet tagħhom.

Ingram Bondin ġibed l-attenzjoni għall-fatt li l-pajsaġġ, fl-aħħar mill-aħħar, huwa parti mill-wirt nazzjonali tagħna. B’hekk, għandu jitħalla jitgawda mill-pubbliku, mingħajr xkiel.

Huwa ssuġġerixxa li nimxu bħall-Iskozja, jew kif isir fil-pajjiżi Nordiċi. Ara kif fil-filmat t’hawn taħt.

Aħbarijiet Oħra
Festi

Id-dilettanti tal-festi ma qatgħux qalbhom mill-isfidi li qed toffrielna l-2020 u minkejja li għall-bidu deher li kien se jkollna sajf mneżża’ mill-brijju u l-ixxalar fit-toroq u l-pjazez madwar Malta u…

Internet

Minn Marzu ‘l hawn, ir-rutina ta’ bosta minna sfat milquta bħal leħħa ta’ berqa. Mil-lejl għan-nhar, fost l-oħrajn, bosta Maltin u Għawdxin spiċċaw jaħdmu mid-dar kif setgħu. Minkejja l-fatt li…

Infrastruttura

Malta miżgħuda mini li tul is-snin tħaffru għal skopijiet differenti, fosthom għall-produzzjoni tal-ilma tal-pjan. L-aktar popolari x’aktarx huma dawk f’Ta’ Kandja, iżda inqas magħrufa u x’aktarx isbaħ minħabba l-istat naturali…

Ambjent

F’dawn l-aħħar jiem żewġt ifkieren tal-baħar telgħu jbidu fir-ramel fuq xtajta Maltin u Għawdxin. Fekruna minnhom, telgħet tbid fil-Bajja tal-Mixquqa. Liema bajja, in-nies tafha aħjar bħalha Golden Bay. Il-fekruna, xogħolha…

Aktar