Lokali
Ara: Għaraf 67 pajjiż bl-ibliet kapitali b’kollox f’2 minuti – Kristian Alakkad

Lil Kristian Alakkad, tarah fuq il-palk, bejnek u bejn ruħek tistħajjlu tifel ta’ ħames snin kwalunke. Xejn ta’ barra minn hawn. Sakemm, jiftaħ ħalqu u tintebaħ li minkejja li għadu fil-fjur ta’ tfulitu Kristian diġà mustaċċun prim tal-ġeografija. Fejn tidħol il-mappa tad-dinja, x’aktarx li ftit ħafna huma dawk li kapaċi jħabbtuha miegħu.

L-ewwel darba li deher f”Malta’s Got Talent’, Kristian x’aktarx li ħalla lil bosta b’ħalqhom miftuħ hekk kif fil-ftit ħin stabbilit għalih irnexxielu jidentifika minnufih ruxmata pajjiżi li bdew jinxtegħlulu fuq il-globu. Dakinhar, Ray tah il-Golden Buzzer.

Illejla, f’żewġ minuti, Kristian irnexxielu jagħraf 67 pajjiż u semmihom bl-ibliet kapitali tagħhom b’kollox.

Tista’ tivvota għal Kristian Alakkad fuq 50614406.