Barranin
ARA: Għargħar fiċ-Ċina jħallu diversi vittmi

Iċ-Ċina tinsab milquta minn waħda mill-agħar għargħar li qatt għamlu fil-pajjiż bi 12-il persuna konfermata mejta wara li nqabdu f’ferroviji taħt l-art u ma setgħux joħorġu minnhom.

Filmat meħud minn passiġġier wera l-ilmijiet jilħqu sa l-uċuħ tal-passiġġieri bl-uffiċjali tas-salvataġġ fi ġlieda kontra l-ħin biex isalvaw kemm jistgħu nies.

L-għargħar tant huma qawwija li f’diversi toroq in-nies użaw id-dinghies biex ifittxu l-kenn.

Filmati oħra juru persuni li ġew salvati waqt li kienu qed jinġarru mill-ilmijiet bl-armata saħansitra kellha tintervjeni biex tiddevja ilmijiet li ħarġu minn xmajjar li faru.

L-iktar provinċja milquta kienet dik ta’ Henan u l-kapitali tagħha Zhengzhou fejn kien hemm l-iktar każijiet ta’ mwiet.