Lokali
Ara: Għax hu qed isofri, jgħin biex titlesta d-dar għal tfal u żgħażagħ bi sfidi mentali

Alessandro Salerno li tkeċċa mix-xogħol wara li tkellem pubblikament fuq l-isfidi mentali tiegħu, se jgħin fil-kampanja tal-Fondazzjoni Richmond biex tkun mgħammra dar fil-Ħamrun li se toffri servizzi lil tfal u żgħażagħ bi sfidi mentali. Il-kampanja ser tieħu spinta fl-edizzjoni ta’ għada tal-programm Xarabank bit-tir li d-dar tigi rranġata u mgħammra b’xogħol volontarju.

Il-Fondazzjoni Richmond għandha dar kbira fil-Ħamrun ġebel u saqaf u trid tirranġaha u tgħammarha biex toffri servizzi għal tfal u żgħażagħ li jeħtieġu l-appoġġ u għajnuna professjonali għall-isfidi partikolari tagħhom.

Alessandro Salerno li għandu l-kundizzjoni bi polar se jkun qed jgħin lill-Fondazzjoni Richmond biex twettaq dal-proġett ambizzjuż hekk kif sa issa żgħażagħ b’kundizzjonijiet mentali m’għandhomx servizz bla ħlas.

Alessandro Salerno stqarr li “għalhekk qiegħed hawn jien biex in-nies bħali u agħar minni jqumu minn hemm m’għandna xejn differenti, aħna kollox nistgħu nagħmlu.”

Stephania Dimech Sant, il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Richmond qalet li d-dar se toffri residenza għal tfal bi sfidi mentali li ma jistgħux jgħixu mal-ġenituri tagħhom, u servizzi terapewtiċi għaż-żgħażagħ bi sfidi mentali. Il-Fondazzjoni sabet l-appoġġ tal-programm xarabank biex tibda twettaq il-ħolma tagħha.

Stephania Dimech Sant qalet li “jekk jirnexxielna permezz ta’ dan il-programm se niġbru l-affarijiet biex inlestu din id-dar għal residenza ġdida għat-tfal u servizzi għaż-żgħażagħ.”

Maria Desira mit-tim Xarabank qalet li “qed inħeġġu wkoll lill-ħaddiema, electricians, plumbers biex id-dar titlesta kemm jista’ jkun malajr”.

Alessandro Salerno li bħalissa qiegħed fuq kura jappella biex min għandu sfidi mentali jfittex l-għajnuna. Stqarr li “jekk inti tbati minn xi ħaġa oħroġ, aċċetta lilek innifsek għax hemm tirranġa ħajtek.”

Aħbarijiet Oħra
Storja

Illejla fid-9.30pm fuq TVM se jixxandar l-ewwel episodju minn tlieta tad-dokumentarju Maltin Internati fl-Italja – Storja Vera – li jirrakkonta u janalizza għall-ewwel darba dak li għaddiet minnu l-komunità Maltija…

Blockchain

Malta qed tkompli tkun ikkunsidrata bħala l-hotspot fost dawk involuti fil-blockchain u l-cryptocurrency. Dan mistenni jkompli jkun konfermat fi żmien sitt ijiem oħra, meta r-rivoluzzjoni li għaddejja f’dan is-settur se…

Ambjent

Il-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara ħarrax il-ħidma tiegħu kontra nies li jħammġu l-lokalità. Il-Kunsill qed jitlob l-għajnuna tal-pubbliku biex jinqabdu dawk li joħorġu boroż mhux fil-ħin indikat għall-ġbir, jabbużaw mill-bring in…

Saħħa

Tabib Malti għadu kemm inħatar biex imexxi waħda mill-aktar istituzzjonijiet prestiġjużi fil-qasam mediku: il-Mayo Clinic, ibbażata fl-Istati Uniti. Dr Gianrico Farrugia, stqarr ma’ TVM li għalkemm ilu 30 sena jgħix…

Aktar