Stejjer Umani
Ara: Għeleb il-vizzju tad-droga u llum sar popolari onlajn

Dan l-aħħar, jaf rajtu bilqiegħda, jitrejjaq b’xi ħaġa tal-ikel, u mdawwar b’erbat iklieb fil-kumdità ta’ daru, filwaqt li jgħaddi ftit tal-ħin jitħaddet fuq għadd ta’ suġġetti.

Adrian Zammit, f’dawn l-aħħar xhur kiseb ċerta popolarità għal għadd ta’ filmati li minn żmien għal żmien beda jtella’ fuq il-midja soċjali tiegħu.

Illum il-ġurnata, biex tispiċċa f’ilsien in-nies, daqs tazz’ilma. U, Adrian, xejn anqas, hekk kif, fost l-oħrajn, magħruf għall-fatt li jħobb jgħidha kif iħossha.

Mistoqsi dwar x’qanqlu biex jibda jtella’ dawn il-filmati, waqt ‘TVAM’, Adrian qal li f’ħajtu għadda minn żmien diffiċli, u li għalhekk xtaq li b’xi mod inissel tbissima fuq fomm dak li jkun, u li jkun ta’ ispirazzjoni għas-segwaċi tiegħu.

F’dan l-isfond, huwa stqarr li fl-imgħoddi nħakem mill-vizzju tad-droga għal għaxar snin sħaħ. U, illum, jixtieq li l-filmati tiegħu jservu ta’ kuraġġ għal min isegwih, u li forsi għaddej minn xi żmien iebes.

Tista’ terġa tara l-intervista kollha hawnhekk:-

Aħbarijiet Oħra
Sport

B’kollox, ta’ kull sena, jidħlulha madwar 5,000 atleta. U, nhar il-Ħadd, xejn anqas, hekk kif daqstant ieħor mistennija jinġabru fl-inħawi tas-Saqqajja r-Rabat, bil-għan li jaħarqu kalorija jew tnejn. Il-Maratona ta’…

Mużika

Kull nhar ta’ Ġimgħa, fuq Television Malta, fis-7.00pm, jixxandar ‘Magic Malta Music Show’. Programm, ismu miegħu, relatat mal-mużika, u ppreżentat minn Dorian Cassar. Liema preżentatur, għal madwar nofs siegħa, idoqq…

Safar

Persuni li kienu qed jistennew biex imorru vaganza jista’ jkun li jibqgħu b’xiber imnieħer minħabba attivitajiet jew titjiriet li qed jiġu kkanċellati f’diversi pajjiżi bħala prekawzjoni kontra l-imxija tal-coronavirus. F’dan…

Kurżitajiet

Illejla, ‘X’sar minnhom’, jissokta bi programm ieħor, bil-għan li jqanqal xi ftit tan-nostalġija qalb it-telespettaturi ta’ Television Malta billi jerġa’ ‘jagħti l-ħajja’ lil għadd ta’ persuni lokali magħrufa, u li…

Aktar