Stejjer Umani
Ara: Għeleb l-anoressija u waqqaf paġna biex jgħin ‘il ħaddieħor

Madwar elfejn ċittadin Malti jbati mill-anoressija jew il-bulimja. Liema kundizzjonijiet, ħafna drabi, nassoċjawhom mat-tfajliet.

Madanakollu, jidher li dan mhux il-każ, hekk kif hawn anki għadd ta’ ġuvintur li għaddew jew li għadhom qed jissieltu ma’ xi eating disorder ta’ dan it-tip.

Waqt ‘TVAM’, id-Direttur ta’ Dar Kenn għal Saħħtek, Darleen Zerafa, qalet li ġuvni minn kull disgħa għadda mill-anoressija jew il-bulimja, fosthom Malcolm Portelli.

Mistieden f”TVAM’ ukoll, is-Sur Portelli qal li huwa stess kien anoressiku meta kien fi fjur żgħożitu. Spjega, li meta kien iħares fil-mera, bit-tama li jara jekk fiżikament qelibx għall-aħjar, kien jarah jibqa’ l-istess jew saħansitra eħxen milli fil-fatt kien.

U, illum, bil-għan li jkun ta’ faraġ għal min hu għaddej mill-istess tip ta’ eating disorder li għadda minnha hu, Malcolm Portelli waqqaf il-paġna ‘Eating Disorders Support Malta’.

Aħbarijiet Oħra
Artiġjanat

Kull pajjiż madwar id-dinja miżgħud bis-snajja’ u t-tradizzjonijiet partikolari u distinti li wiret mingħand missirijietu. U, il-gżejjer Maltin, xejn anqas. Fost l-oġġetti ta’ preġju u li huma parti integrali mill-identità…

Barranin

Qalb id-Duomo ta’ Milan, l-isfilati tal-moda, u l-wirt kulturali ta’ preġju li jikkaratterizzaw lill-kapitali tar-reġjun tal-Lombardija, l-Italja, f’dawn l-aħħar jiem, l-artist pop Taljan AleXsandro Palombo nieda għadd ta’ posters li ddiżinja hu…

Trasport

Ir-Renault Clio 5, l-aħħar mudell maħruġ mill-kumpanija Franċiża Renault, għadha kemm ġiet iċċertifikata mill-Euro NCAP bħala l-aktar karozza sigura li hawn fis-suq. Saħansitra, anki meta mqabbla ma’ karozzi oħra li…

Barranin

Filmat li kiseb popolarità kbira fuq il-midja soċjali juri l-mument li mewġ kbir jogħla fuq id-djar fil-gżejjer Baleariċi. Maltempata kbira, imlaqqma Gloria, ħakmet partjiet varji ta’ Spanja fl-aħħar jiem, b’mod…

Aktar