Barranin
Ara: Għexieren ta’ karozzi maqluba minħabba għargħar fi Spanja

Ħidma ma taqta’ xejn minn diversi pumpiera biex ineħħu għadd ta’ karozzi li nqabdu fl-għargħar li ġabu lil Spanja għarkupptejha.

Maltempata qalila fl-aħħar 24 siegħa għamlet ħerba f’diversi reġjuni fin-naħa ta’ fuq ta’ Spanja riżultat ta’ għargħar kbir f’ċerti bliet li ħalla eluf ta’ nies mingħajr provista tal-elettriku u kellhom jingħalqu saħansitra numru ta’ toroq u linji ferrovjarji.

L-ilma tant għadda b’saħħa li qaleb numru ta’ karozzi fit-toroq.

Il-Prim Ministru Spanjol, Pedro Sanchez esprima solidarjetà ma’ dawk milquta u ħeġġeġ lin-nies biex joqogħdu attenti u jsegwu l-pariri tas-servizzi tal-emerġenza peress li hija mbassra aktar xita matul il-lejl.

Ma kinux irrapportati fatalitajiet.