Lokali
AĠĠORNAT: “Għidtlek li ċċaqlaqli kull m’hemm u int qed tkompli taħdem”

Waħda mis-sidien tal-appartamenti li ġġarrfu llum fil-Pietà, xahar ilu tkellmet ma’ TVM fuq it-tħassib tagħha dwar il-ħsarat fil-binja kawża tax-xogħlijiet li kienu għaddejjin biswitha.

Ftit iktar minn xahar wara, illum is-Sinjura Walker qalet li dak li kienet bassret kien seħħ, hekk kif il-binja li tgħix fiha ġġarrfet.

F’filmat li kienet tellgħet fuq il-midja soċjali, Janet Walker tinstema’ tirrabja mal-persuna responsabbli mix-xogħlijiet fis-sit ta’ ma’ ġenbha, fejn tgħidlu li qed jiċċaqalqilha l-bini u huwa xorta qed jippersisti bix-xogħol.

Aġġornat – Sadanittant, il-kuntrattur li jidher fil-filmat għamel kuntatt ma’ TVM u ċċara li huwa ma kienx responsabbli għall-iskavar, iżda għat-twaqqigħ tal-binja l-antika.

Il-kuntattur qal li l-ħsarat li kienu saru fil-proprjetà tas-Sinjura Walker kien irranġahom hu u dak iż-żmien il-periti ċċertifikaw li m’hemmx periklu.

Li konna qed nahsbu gara

Gepostet von Janet Walker am Mittwoch, 12. Juni 2019

Ara wkoll:

Dak li bassret ġara – tiġġarraf il-blokka appartamenti li tgħix fih

Aħbarijiet Oħra
Droga

L-Aġenziji li jaħdmu mal-vittmi tad-droga fosthom is-Sedqa u l-Caritas huma tal-fehma li l-użu rikreattiv tal-kannabis m’għandux ikun promoss għax ikattar il-kultura favur l-abbuż tad-droga. Din il-fehma intweriet waqt il-programm Dissett…

Partit Nazzjonalista

Il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Kristy Debono qalet fi stqarrija li sabet li 84 mill-200 firma fil-petizzjoni li titlob biex jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali biex jiddiskuti l-ġejjieni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista huma…

Lokali

Ta’ tnax-il sena sofriet diżabilità minħabba mard u wara ħafna snin ta’ żwieġ kellha tifel bil-kundizzjoni down syndrome. Minkejja l-isfidi, Lorraine Pellicano tgħid li Thomas berkilha ħajjitha u ħerqana li…

Lokali

Meqjusa fost l-ewwel tobba f’Malta li bdiet taħdem bla heda mal-vittmi tad-droga, ħidmet it-tabiba Maria Sciberras tfakkret f’konferenza f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-Aġenzija Sedqa u fil-jum internazzjonali kontra l-abbuż u…

Aktar