Stejjer Umani
ARA: Ġiet tgħix fil-klima ta’ Malta biex issalva ħajjitha

Ħafna Maltin jilmentaw mill-klima umduża tal-gżejjer Maltin. Madankollu, il-klima f’Malta qed issalva ħajjet tfajla Ingliża li sabet li l-klima tagħha hija bħal duwa għaliha. F’intervista ma’ TVM tgħid li hawnhekk sabet il-kura naturali għal kundizzjoni li ħadet kontroll ta’ ġisimha u kważi ta’ ħajjitha.

Rachael Hollwey għandha 27 sena. Għal kważi għaxar snin – bejn 16 u 25 sena – ħajjitha kienet ikkontrollata mill-anoressija. It-tfajla minn Londra ppruvat kull kura li kienet teżisti bit-tama li tfiq. Iżda minflok, għal raġuni misterjuża kienet qed tmur għall-agħar.

Rachael Hollwey qalet “demons are literally shouting in your head and I felt completely powerless every time I came out I got really sick and every time worse and worse”.

Bl-anoressija u bil-kura li kienet qed tingħata bħala parti minn esperiment xjentifiku għall-fejqan tal-kundizzjoni tagħha, Rachael spiċċat tbati minn dipressjoni severa li matulha saħansitra ppjanat kif se ttemm ħajjitha. “I had plans and everything to end it and just take my life really”.

Irrakkuntat li fil-ġurnata li kienet se ttemm ħajjitha, naħla bagħlija żammitha milli toħroġ mid-dar u dlonk irrealizzajt li tista’ tkompli tgħix.

Kif bdiet tirkupra mill-anoressija, il-kundizzjonijiet klimatiċi fir-Renju Unit kienu jaffettwawlha jdejha u saqajha, li t-tobba kienu se jaqtgħulha.

“My doctor said I don’t know what to do, you’re going to lose your hands and feet this time, I’m really sorry, unless you do know what helps, and I said when I go on holiday it helps, the climate or the heat, and she literally said ‘you need to move’. I had four weeks to move to another country and get away from the cold, and Malta, looked up the humidity so everyone hates the humidity, it was good for me because it was moisture in the air and heat as well. ”

Rachael, li taħdem bħala instructor, se tagħlaq sena tgħix Malta, u m’għandha l-ebda ħsieb tiċċaqlaq minn hawn. Qaltilna li l-klima f’Malta qed issalvalha ħajjitha, tant li f’Awwissu marret iżżur lil qrabatha r-Renju Unit u kellha tirritorna b’emerġenza.

“I went into such a critical state that I had an emergency flight back to Malta after three days, two days later I recovered like I am now, absolutely fine, had gained weight, I had lost 3kgs in the UK, and gained it back, hands recovered, no pain in my body, so Malta I literally have to stay here, I don’t have a choice.”

B’pajjiżha se joħroġ mill-Unjoni Ewropea ftit tal-jiem oħra, Rachael għandha raġuni oħra għaliex Birkirkara ħadet post Londra bħala d-dar li qatt ma ħolmot li jkollha.

Sadanittant, fid-9 ta’ Novembru Rachael se tkun qed torganizza attività tal-Pilates f’San Ġiljan biex tiġbor fondi għal għaqdiet li għinu persuni bi problemi ta’ saħħa mentali..

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi kompla d-diskussjoni fuq l-estimi finanzjarji tal-Awtorità tat-Turiżmu, bl-eżami dettaljat tal-kuntratt bejn il-kumpanija Vistajet u l-kumpanija Malta Marketing Il-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi Il-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi li…

Ekonomija u Finanzi

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna rreaġixxa għall-pakkett ta’ rkupru mħabbar mill-Kummissjoni Ewropea u stqarr li l-periklu għal Malta huwa li tkun qed iddur għal taxxi fuq il-kumpaniji, taxxi li qal ikunu…

Lokali

Il-kumpanija Farsons ħabbret li fis-sena finanzjarja tagħha li ntemmet f’Jannar għamlet qligħ qabel it-taxxa ta’ 12-il miljun u tlett mitt elf ewro kważi żewġ miljuni anqas mis-sena ta’ qabel. Il-kumpanija…

Aktar