Lokali
ARA: Giorgia Borg klassifikata mat-Top Talent

Il-vuċi stupenda ta’ Giorgia Borg mhux biss serqet il-qlub tal-ġurija tal-Britain’s Got Talent. Il-YouTube channel Top Talent ikklassifika lil Giorgia mal-aqwa talenti li kien hemm f’X Factor, Got Talent & Idols minn madwar id-dinja.

Il-kantanta Maltija Giorgia Borg, li għad għandha 10 snin, kien irnexxielha timpressjona lill-ġurija tal-programm Britain’s Got Talent  tant li ngħatat il-Golden Buzzer.

B’vuċi soda Giorgia kienet kantat kanzunetta oriġinali li kitbet hija stess, u mill-bidu tas-silta sal-aħħar kienet ħalliet lill-udjenza fis-sala u l-ġurija mbellha. Kulħadd kien qam bilwqiefa biex iċapċap lil Giorgia, inkluż l-erba’ membri tal-ġurija.

Ara wkoll:

ARA: Kantanta Maltija timpressjona l-ġurija ta’ Britain’s Got Talent