Kurżitajiet
ARA: Ġirja bil-mutur fil-Belt u ħabta fil-Floriana waqt il-ġbid ta’ Jurassic World

Dawk li nzertaw fuq xi bejt jew gallarija fl-inħawi tal-Belt Valletta u l-Floriana bejn ilbieraħ u llum setgħu jassistu għal xeni mimlija azzjoni waqt il-ġbid tal-film Jurassic World.

Filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali lbieraħ juri sewwieq ta’ mutur isuq b’mod perikoluż u jevita l-karozzi f’salib it-toroq bi żbrixx, sakemm isib karozza tagħlaq it-triq u jiġbed għal ġo sqaq.

Xena ikbar illum żvolġiet fi Triq Sant Anna fil-Floriana, fil-karreġjata lejn il-Marsa, b’karozza mgħattna li tidher wieqfa fit-triq, sakemm issuq għal ġo fiha b’veloċità qawwija karozza oħra. Karozzi oħra wkoll jidhru jagħmlu manuvri taparsi waqfu f’daqqa u tilfu l-kontroll.

Naturalment din in-naħa tat-triq kellha tingħalaq għat-traffiku biex tkun tista’ tinġibed din ix-xena.

Il-film Jurassic World: Dominion għandu baġit ta’ ’l fuq minn €127 miljun, u mistenni jkun fost għaxar produzzjonijiet internazzjonali li se jinġibdu f’Malta din is-sena.

Filmati: Kyonne Gravina – TikTok, Godfrey Agius – Facebook

Aħbarijiet Oħra

Il-kantanta Ruth Portelli il-ġimgħa li għaddiet kienet ir-rebbieħa tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza bil-kanzunetta ‘Kuruni’, fuq kliem ta’ Paul Ellul u mużika ta’ Mark Spiteri Lucas. Fi kliem Paul Ellul, ‘il-kanzunetta titratta dwar…

Ġew irriġenerati 10 blokok ta’ appartamenti fl-oqsma tad-djar f’Ħaż-Żabbar b’investiment ta’ €700,000 li minnu gawdew 110 familji. Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali, Roderick Galdes, qal li l-binjiet ġew miżbugħa b’kuluri differenti biex…

Raġel ta’ 84 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19. L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li l-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-18 ta’ Settembru. Huwa ddaħħal l-IDU fl-Isptar Mater Dei dakinhar stess…

Summit ta’ jumejn għall-mexxejja Ewropej li kellu jibda għada se jiġi pospost, wara li uffiċjal tas-siġurtà ħareġ pożittiv għall-Covid-19. Minħabba f’hekk, il-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel kellu joqgħod fi kwarantina,…

Aktar