
Finali tal-MFA knock-out ilbieraħ bejn Qormi u Pietà, fit-taqsima ta’ taħt id-19-il sena, spiċċat bid-daqq f’iktar minn sens wieħed.
Waqt li l-banda kienet għaddejja ddoqq b’ċelebrazzjoni għar-rebħa ta’ Pietà 1-0, jidher li nqala’ diżgwit bejn żewġ plejers tat-timijiet opposti, li spiċċaw fl-idejn.
Kienu bosta dawk li ppruvaw jikkalmaw is-sitwazzjoni, fejn xi plejers baqgħu kalmi u ma rritaljawx, anki wara li dehru jaqilgħu d-daqqiet waqt li kienu qed jippruvaw iferrqu.
Oħrajn iżda dehru li daħlu għall-ġlied b’ruħhom u b’ġisimhom, u dik li kienet kwistjoni bejn żewġ plejers spiċċat infirxet fost uffiċjali tat-timijiet u l-ispettaturi.
Is-sitwazzjoni kkalmat meta l-plejers ta’ Pietà nġabru flimkien f’nofs il-grawnd u bdew jiċċelebraw. Finalment il-preżentazzjoni saret b’mod paċifiku fil-preżenza tal-Viċi President tal-MFA Alex Manfre.
L-SOS Malta tinsab ixxukkjata bin-nuqqas ta’ azzjoni min-naħa tal-awtoritajiet f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kliem ta’ mibgħeda u theddid li qed jinxtered fuq il-midja soċjali u l-ispazji pubbliċi tagħna. L-għaqda…
Skont stimi proviżorji tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, fit-tielet kwart ta’ din is-sena l-ekonomija Maltija kibret b’5.5 fil-mija meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet. F’termini reali t-tkabbir kien ta’ 3.4 fil-mija….
Dr Victoria Buttigieg inħatret bħala l-ewwel Avukat tal-Isat wara li ġiet rakkomandata b’mod unanimu minn Kummissjoni ta’ Ħatra fi tmiem sejħa pubblika. Dan rwol Kostituzzjonali ġdid riżultat tal-liġi li ġiet…
Id-Deputat Laburista Robert Abela qal li b’umiltà lest li joffri l-ftit li jaf biex ikun parti mil-bidla ħalli Malta tiġi lura l-ġojjell li kienet f’qasir żmien. Fuq Fabebook, Dr Abela…