COVID-19
ARA: Gruppi mdaqqsa jintlemħu f’żewġ bajjiet

Żewġ bajjiet, waħda fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta u oħra fin-naħa t’isfel, illum raw għexieren ta’ nies fuq xulxin mingħajr ma kienet osservata d-distanza soċjali.

Persuni li nzertaw fil-bajja ta’ Għajn Tuffieħa u f’dik ta’ Birżebbuġa bagħtulna ritratti li fihom jidhru ammonti kbar ta’ nies prattikament fuq xulxin anke jekk ħafna dehru lebsin il-maskra.

Għalkemm mill-1 ta’ Ġunju li ġej se jitneħħa l-obbligu tal-maskra fil-bajjiet il-miżura tad-distanza soċjali xorta se tibqa’ fis-seħħ.