Barranin
ARA: Gurilla rari twelled ferħ fil-ġungla tal-Kongo

Filmati ta’ speċi ta’ gurilla f’periklu li tinqered u l-ferħ li welldet fl-ambjent naturali fil-Kongo ġibed l-attenzjoni ta’ diversi konservazzjonisti li huma tal-fehma li l-ferħ ma kienx ilu aktar minn ġimgħa li twieled.

Gurilla normalment twelled ferħ kull erba’ erba’ snin. Dan tal-filmat huwa l-ħames ferħ tal-gurilla Mekome. Iż-żgħar tal-gurilla jqattgħu bejn sentejn u tlieta mqabbdin m’ommhom. Wieħed biss mill-friegħ ta’ Mekome sar adult għax gurilli żgħar spiss jispiċċaw attakkati minn annimali oħra, mard u kaċċa.

Hu maħsub li fid-dinja għad fadal mal-100,000 minn dan l-ispeċi ta’ gurilla fis-salvaġġ.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-gvern Spanjol offra li jilqa’ l-107 immigrant abbord il-bastiment Open Arms fil-port ta’ Algeciras. Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li l-gvern Taljan irriftjuta li jdaħħal l-immigranti f’port sigur tal-pajjiż bil-gvern Spanjol…

Kurżitajiet

Fil-belt ta’ Porthcawl, f’Wales, mistennija jiġu installati latrini li ma jippremettux li jsiru fihom attivitajiet bħas-sess, il-vandaliżmu u t-teħid tad-droga. Dawn il-latrini ġew iddiżinjati tapposta biex ixarbu bl-ilma lill-persuni li…

Barranin

Waiter qrib Pariġi nqatel fi sparatura minn klijent li allegatament kien irrabjat għaliex is-sandwich li ordnat ma kinx ipreparat malajr. Il-pulizija qalet li għaddejja investigazzjoni dwar il-qtil li seħħ il-Ġimgħa…

Barranin

L-aħwa Muhammad niżlu biex jiffriskaw fix-xmara Iseo, f’Bergamo meta tnejn minnhom inbelgħu mill-ilma. Hassan u Waqas Muhammad tilfu ħajjithom wara li għerqu fix-xmara Iseo. L-aħwa, għalkemm ma kienux jafu jgħumu,…

Aktar