Barranin
ARA: Ġurnalist jiżloq waqt intervista diretta fuq il-BBC

Ġurnalist sportiv tal-BBC seraq ix-xena meta kien waqt trażmissjoni diretta u waqa’ fil-pixxina.  Dan hekk kif Mike Bushell kien se jintervista lill-għawwiema Ingliżi li qed jieħdu sehem fil-Logħob tal-Commonwealth fil-Gold Coast, l-Awstralja.

L-għawwiema li kellhom jiġu ntervistati – Sarah Vasey, Adam Peaty, Siobhan-Marie O’Connor, Ben Proud u James Guy – ma felħux milli jitbissmu meta raw dik ix-xena sseħħ quddiemhom.  Il-ġurnalist ma qatax qalblu wara li żelaq fil-pixxina u pprova jkompli bl-intervista minkejja li kompla jiżloq biex jipprova jieħu l-intervisti li ried mill-għawwiema.

Filwaqt li pprova jdawwar l-inċident f’ċajta, Bushell kompla b’xogħolu mxarrab għasra jintervista lill-ħames għawwiema li kienu għadhom kif rebħu midalja tal-bronż, tnejn tal-fidda u erba’ tad-deheb.  Il-Logħob tal-Commonwealth jintemm fil-15 ta’ April li ġej.

Ara hawnhekk xi ġralu l-ġurnalist waqt ix-xandira diretta mill-Awstralja:

Aħbarijiet Oħra
Temp

Fil-Ġappun aktar minn 30 persuna tilfu ħajjithom u mijiet oħra jinsabu l-isptar għall-kura kawża tas-sħana qawwija li ilha għaddejja sebat’ ijiem. It-temperatura qed tlaħħaq kważi 41 grad celcius li hija…

Annimali

Klieb ta’ razez differenti nġabru f’Londra biex jieħdu sehem fl-iswimming gala organizzata minn rover.com. Christopher Cederskog minn rover.com qal li l-klieb minbarra li jħobbu jesploraw kull fejn ikunu għandhom għal…

Barranin

It-traġedja f’Missouri tard ilbieraħ wara l-għarqa ta’ dgħajsa bit-turisti ħalliet 17-il vittma li disa’ minnhom huma mill-istess familja. Il-gvernatur ta’ Missouri Michael Parson qal li Tia Coleman ikkonfermat miegħu li…

Barranin

Bosta artisti ngħaqdu flimkien fit-Tajlandja biex ħolqu kapulavur mill-isbaħ bix-xibhat tal-eroj li salvaw lit-12-il tifel u l-kowċ tagħhom mill-mewt, wara li nqabdu f’għar perikoluż fit-Tajlandja. Il-pittura tpittret ma’ ħajt f’Chiang…

Aktar