Konsumatur
ARA: Ġustifikata l-kritika li qed issir fuq il-banek?

Fl-isfond ta’ kritika li qed tiżdied fil-konfront tal-banek f’Malta minħabba miżati ġodda u l-operat tal-fergħat, fost oħrajn, rappreżentant tal-konsumatur u ieħor tal-banek iddiskutew dawn il-kwistjonijiet fuq TVAM.

Benny Borg Bonello mill-Għaqda tal-Konsumaturi qal li s-sitwazzjoni qed tinqaleb, fejn qabel il-klijent kien jiddepożita flusu u jieħu l-interessi fuq il-flus, iżda llum qed jispiċċa jħallas il-miżati u ma jieħu kważi xejn f’interessi. Żied li l-fergħat u l-ATMs qed jonqsu b’detriment għall-konsumaturi, speċjalment l-anzjani.

Carol Gabarretta, Segretarju Ġenerali tal-Malta Bankers Association, qabel li r-relazzjoni bejn il-banek u l-klijenti nbidlet fl-isfond tax-xenarju internazzjonali u f’sitwazzjoni ta’ pressjoni fuq id-dħul tal-klijenti u l-profitti tagħhom, kif ukoll il-pandemija. Qal li l-interessi ilhom jitbaxxew u din mhux deċiżjoni tal-banek lokali.

Segwi d-diskussjoni sħiħa fil-filmat: